Iċ-Chewing Gum fil-Parlament

Smajt b’attenzjoni l-parti l-kbira tad-diskorsi li saru fil-parlament dwar il-liġi tad-divorzju. Għandi rispett kbir lejn dawk il-membri parlamentari kollha li iddikjaraw li ivvutaw LE għax hekk qaltilhom il-kuxjenza. 

Imma fil-waqt li nirrispetta l-għażla tagħhom naħseb li b’din id-dikjarazzjoni li għamlu tefgħu dawl fuq il-kredenzjali demokratiċi tagħhom. Għax fi ftit kliem qalulna li r-referendum għalihom kien ikollu sinifikat BISS li kieku rebaħ il-LE.

Tajjeb li mxew skond il-kuxjenza imma l-kredenzjali demokratiċi tagħhom bħaċ-chewing gum.

3 comments on “Iċ-Chewing Gum fil-Parlament

  1. Ma naqbilx mieghek carmel. Ftakar li mhux kulhadd ivota iva. Dawk li ivvotaw le ghandom dritt ikunu jibqghu irraprezentati fil parlament. Hemm dawk ukoll li ma ivvotawx. Nixtieq li il parlamentari taz-zewgt partiti fil manifest taghhom tal elezjoni li gejja jidikjaraw jekk humiex ser jibqghu isostnu dak li qedin jghidu issa. Igifieri johorgu ghal elezjoni u jiddikjaraw jekk humiex ha jibdlu il-fehma taghhom. Nemmen li jekk il-poplu jaghtihom mandat biex inehhu jew ma jnehhux il- ligi tad divorzju i, min jitla jkollu dritt ibiddha din il- ligi. Ftakar li fir referendum ta iva jew lwe tal ewropa alfred sant ma accettahx ir-rizultat ghax iddikjara li min ma ivvotax jghodd ma dawk li qalu le. Ghalekk gonzi sejjah elezjoni. Gonzi seta ghamel listess issa izda kien aktar sensibli min alfred sant ghax flok ghamel ‘U’ turn bhalu ra li il-ligi ghaddiet avvolja ma kienx jaqbell maghha. Zamm il principji u il valuri sodi tieghu u hareg ta gentleman.

    • Il-fatti huma ftit differenti, Pawl.

      Gonzi u Muscat insistew ghar-referendum biex jiddeciedi l-poplu. Imbaghad meta l-poplu iddecieda kien hemm min ried jinjora l-verdett popolari.

      Il-punt jibqa’ li meta l-Membri Parlamentari ideciedew li jmorru ghal decizjoni popolari tilfu kull dritt li jivvutaw kif iridu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s