Fil-permess dwar id-dredging fil-Freeport il-MEPA imponiet kundizzjoni li ma jistax isir xogħol ta’ dredging waqt l-istaġun tal-għawm.
Minkejja dan il-Freeport ser jagħmel ix-xogħol xorta, waqt l-istaġun tal-għawm .
Il-Freeport minkejja l-kundizzjonijiet tal-permess jidher li “irranġa”. Il-kundizzjonijiet tal-permess tal-MEPA ġew ma jiswew xejn !
Il-MEPA għal darba oħra uriet li hi b’saħħitha ma min hu dgħajjef (ir-residenti ta’ Birżebbuġa) u dgħajfa ma’ min u b’saħħtu (mal-Freeport).
Ir-riforma tal-MEPA jidher li ma swiet għal xejn. Għax min hu b‘saħħtu baqa’ jagħmel li jrid. Il-MEPA jew hi inkompetenti inkella kompliċi.