Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (5)

 

Il-kobba tkompli titħabbel : l-effett fuq it-tfal.

Il-kobba kompliet titħabbel. Issa kulħadd qed taħarqu qalbu għat-tfal. Qed jgħidulna li l-iktar li ser ibagħtu huma t-tfal jekk ser jiġi introdott id-divorzju.

Ħa naraw ftit x’inhu propost.

Ir-referendum qed jipproponi li jkun introdott divorzju f’kaz ta’ koppji li jkunu ilhom separati ta’ l-inqas 4 snin u li dwarhom medjazzjoni ma tkunx tat riżultat posittiv.

Id-divorzju, kif propost, hu applikabbli biss jekk ikun hemm separazzjoni li tkun ilha 4 snin (ta’ l-inqas). It-tbatija tal-ulied fil-konfront ta’ nuqqas ta’ familja stabbli għaldaqstant m’hiex ser tibda bid-divorzju. Ser tkun ilha li bdiet.  U la l-medjazzjoni ma tkunx tat riżultat il-bieb għal rimedju għat-tbatija tal-uliedu u l-ġenituri ikun ilu magħluq żmien.  

Is-soluzzjonijiet possibli għal din it-tbatija huma diversi. Waħda mis-soluzzjonijiet hi d-divorzju għax tista’ twassal għall-ħolqien ta’ familja ġdida li tnaqqas din it-tbatija. Tista’ tnaqqasha ftit imma tista’ tnaqqasha ħafna ukoll. Jiddependi miċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ, li kif nafu l-ebda wieħed m’hu bħall-ieħor.

Min ma jaqbilx mad-divorzju minħabba t-tbatija tat-tfal għandu jkun onest u jgħid li jekk każ jieqaf mas-separazzjoni (jiġifieri l-koppja tibqa’ separata) t-tbatija tat-tfal mhiex ser tkun inqas.

Jekk xi waħda mill-partjiet tikseb annullament jew tiddeċiedi li tikkoabita t-tbatija xorta tibqa’ hemm.

Mela ejja jkollna diskussjoni iktar onesta u ngħidu l-fatti kif inhuma. Li d-disintegrazzjoni ta’ familja ser iġġib it-tbatija fuq kull wieħed mill-membri tagħha. U m’hemmx differenza jekk din insejħulhiex separazzjoni, annullament, koabitazzjoni jew divorzju. M’humiex l-istess : imma l-effetti ta’ tbatija li joħolqu fuq il-membri tal-familja huma kważi xorta.

Fl-opinjoni tiegħi l-issue hi waħda: iż-żwieġ hu rabta għal dejjem, jew hemm xi ċirkustanzi li jippermettu li dan jinħall?

L-introduzzjoni ta’ liġi tad-divorzju f’Malta tippermetti lil kull wieħed u waħda minnha li jieħu d-deċizjoni tiegħu jew tagħha u dan minflok ma jkun meħtieġ li issiefer inkella tbaxxi rasek għad-deċiżjoni li jieħu għalik l-istat.

Għalhekk il-vot IVA. Biex kull wieħed u kull waħda minna niddeċiedu aħna u mhux jiddeċiedi għalina ħaddieħor.

ara ukoll fuq dan il-blog

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (1) : Il-mandat.

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (2) : Referendum; meta ?

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (3) : Bejn kalkoli u realta’

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (4) : Il-Partit Progressiv fejn hu ?

Politika dwar id-divorzju tal-Partit Laburista Malti.

The politics of divorce 

3 comments on “Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (5)

  1. Il-kukkanja tal-Knisja Kattolika flimkien mal-Partit Nazzjonalista iridu jghaddu z-zmien bin-nies meta jghidu li d-divorzju hu ta’ hsara ghat-tfal. Carm, int qed tghid sew li d-decizjoni jekk bniedem jergax jizzewweg/tizzewweg meta jisfratta z-zwieg qatt ma ghandha tkun decizjoni tal-istat , ferm inqas tal-Knisja. F’Malta Il-Knisja Kattolika ghandha poter fuq il-hajja tan-nies li qatt ma messu kellha. Imissu ilu li dahal id-divorzju Malta; imbasta in-neputi tal-Arcisqof Gonzi jippriedka li ahna Ewropej! Iktar kemm il-Knisja twebbes rasha, iktar se jinduna il-poplu Malti li wasal iz-zmien li nghidu li ghandu jkun hemm separazzjoni kompleta bejn l-Istat u l-Knisja. Ta’ min isemmi li anki it-Taliban fl-Afghanistan jippermettu id-divorzju. Hemm fejn tmur ikar ‘il boghod?

  2. Ergajna lura ghaz-zmien meta l-knisja kienet timponi fuq il-Gvern. Jidher li s-seperazzjoni bejn knisja u stat fejn jidhlu kwestjonijiet civili spiccat. Meta qed nisimghu x’qed jinghad u x’inhu jigri, wiehed jistaqsi; Il-Gvern Malti hu gvern lajk jew le?

  3. Iz-zwigijiet ilhom hafna snin nezlin ghan-nizla u l-knisja ftit li xejn qamet ghall-okkazjoni. hlief ghal xi stqarrija l-hemm u l-hawn. Veru li hemm il-moviment ta’ Cana immexxi minn Sacerdot u li kien imwaqqaf minn Dun Charles Vella u veru li qed jaghmel gid kbir, Imma dan il-noviment ta’ Cana twaqqaf bl-inizjattiva personali ta’ sacerdot u mhux mill-kurja. Niddubita jekk qattx ircieva xi ghajnuna mill-kurja. Issa qamu l-irwiefen kollha meta jidher li r-roti nizlu wisq fit-tajn. Li ma dahlitx l-ideja tad-divorzju fost il-poplu Malti, kieku l-kurja nahseb li qieghda cicci beqqi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s