Humpty Dumpty jirrappreżenta l-politika tal-partit laburista Malti dwar id-divorzju.
La hawn u l-anqas hemm. Biex bħala partit ikun jista’ jilqa’ lil kulħadd bla diffikulta: kemm lil dawk ta’ favur kif ukoll lil dawk ta’ kontra.
Issa din il-politika ta’ Humpty Dumpty il-PL ma għażiliex biss fuq id-divorzju, iżda ukoll fil-qasam tal-ambjent: favur il-ħarsien tal-ambjent u favur l-industrija tal-bini, favur il-ħarsien tal-biodiversita’ u favur il-kaċċa fl-istess ħin.
Il-politika ta’ Humpty Dumpty hi l-politika favorita tal-Partit Laburista.
Forsi tajjeb iżda li niftakru kif tispiċċa l-istorja tat-tfal żgħar (nursery rhyme) intitolata Humpty Dumpty : b’ waqa’ minn fuq il-ħajt.
Tistgħu tiftakru ftit billi tagħfsu hawn.