Dak li tiżra’ taħsad

Il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja f’deċizjoni li tat nhar l-Erbgħa 22 ta’ Diċembru 2010 qalet li Malta kisret id-Direttiva dwar l-Ilma (Water Framework Directive) meta naqset milli tagħmel il-moniteraġġ neċessarju u tirrapporta dwaru.

It-Times tirrapporta illum fil-paġna 4 “Malta guilty of violating Water Framework Directive”. Irrappurtat l-istorja ukoll online nhar l-Erbgħa “One size fits all as EU Court convicts Malta” .

Qiegħed jingħad  illi dawn ir-regoli li saru fis-sena 2000 ma jgħoddux għal Malta.  Ngħid jien, allura, għaliex fin-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-EU ma tqajjimx dan il-punt kif tqajmu diversi oħra biex jieħdu in konsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari tal-pajjiż? Ir-realta hi li din hi biss skuża biex tgħatti inkompetenza grassa.  

Hemm ħafna mistoqsijiet x’jiġu imwieġba.

Din kienet responsabbilta’ tal-MEPA.

Ninsab infurmat li għal perjodu ta’ żmien  kien hemm min kien qiegħed iħejji biex isir il-moniteraġġ neċessarju. Imma min kien imexxi dak iż-żmien ġie jaqa’ u jqum tant li l-uffċjali inkarigati kienu irreżenjaw. Għax xebgħu jaħdmu f’ċirkustanzi li min kien imexxi ma kienx jinteressaħ li jisma’ u jsegwi l-pariri tekniċi.

Tajjeb ħafna li l-Gvern jgħid illi issa fi ħsiebu jikkoordina mal-Kummissjoni Ewropea biex isib mod prattiku ħalli tkun implimentata d-deċiżjoni tal-Qorti. Imma naħseb li kien ikun ħafna aħjar li kieku l-Gvern ta każ tal-pariri li kellu f’waqthom. Ninsab infurmat li anke’ pariri bil-miktub  hemm. Dawn kienu wissew illi it-traskuraġni u l-inkompetenza ser iwasslu għal dak li qed jiġri llum.

Għax dejjem bla eċċezzjoni dak li tiżra’ taħsad.

2 comments on “Dak li tiżra’ taħsad

  1. L-irjus iebsa ta’ nies li jridu jidhru ta’ kbar, sew minn naha tal-Gvern kif ukoll minn-naha tal-Knisja wasslet lil Malta fiex giet ,,Taht Qorti Europew,,u taht multa li trid tithallas mit-taxxa tal-Maltin kollha.

  2. Iva igifieri irridu naghmlu l-affarijiet bis-serjeta… jekk inhallsu l-multi huwa tort tal-Maltin stess li jeleggu nies inkompetenti u jibilghu l-propaganda irhisa. Xi tridna, nibqghu provincjali?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s