Bis-serjeta? Il-Politika Nazzjonali dwar l-Ambjent.

 

Il-Gvern permezz tas-Segretarju Parlamentari Mario Demarco għadu kif ta’ bidu għal proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-Politika Nazzjonali għall-Ambjent.         L-ewwel fażi hi waħda ta’ konsultazzjoni dwar liema huma dawk il-materji li għandhom ikunu mistħarrġa u indirizzati.

Dan fih innifsu hu pass posittiv. Imma jekk tqiesu li ftit ilu (fl-2007/8) kien konkluż il-proċess li bih wara konsultazzjoni pubblika estensiva u fit-tul ġiet infassla l-Strateġija Nazzjonali dwar  is-Sostenibilita naħseb li malajr nifhmu li qed naħlu l-ħin niddiskutu biss. Xi kultant naħseb li din hi strateġija maħsuba biex jiġi iġġustifikat għaliex ftit li xejn qed isir.

Fl-Istrateġija Nazzjonali dwar is-Sostenibilita  diġa, wara konsultazzjoni pubblika ġew identifikati l-materji li għandhom ikunu indirizzati. Għaldaqstant minflok ma nerġgħu niftħu d-diskussjoni beraħ li kien hemm bżonn issa kien li jiġu pprezentati l-proposti konkreti min-naħa tal-Gvern, jekk verament jemmen li għandu jindirizza l-materja.

Ir-riżorsi li għandu dan il-pajjiż huma limitati u għalhekk hu iktar għaqli li l-enerġija u r-riżorsi ma naħluhomx.

L-istrateġija nazzjonali dwar is-sostenibilita diġa’ tistabilixxi l-prijoritajiet ambjentali li għandhom ikunu segwiti u dan fil-kuntest tal-politika ekonomika u soċjali tal-pajjiż.

Għadaqstant il-pedamenti għall-istrateġija nazzjonali għall-ambjent qegħdin hemm. Dawn huma r-riżultat ta’ proċess wiesa’ u estensiv ta’ konsultazzjoni pubblika li ħa s-snin.

Din il-ħidma kollha ser tintrema ? Għax din hi l-konklużjoni loġika tal-emfasi li qed issir għall-konsultazzjoni mill-ġdid. Għax sentejn wara li spiċċa l-eserċizzju li wassal għall-istrateġija Nażżjonali dwar is-Sostenibilita ma terġax tibda mill-ġdid iżda tibni fuq dak li lestejt. Dejjem jekk trid li jeħduk bis-serjeta’.

Issa jiena ma nafx jekk il-Gvern iridx li neħduh bis-serjeta’ meta jitkellem dwar l-ambjent. Id-dubji li kelli qed jikbru!

Advertisements

2 comments on “Bis-serjeta? Il-Politika Nazzjonali dwar l-Ambjent.

  1. Ir-raguni tad-dokument bhal hafna ohrajn ukoll hi parti minn strategija biex il-Gvern jghajja lill-entitajiet bil-konsultazzjonijiet. B’hekk ma jkollhomx energija bizzejjed biex jikkritikaw l-eghmil attwali tal-Gvern, apparti il-‘pjanijiet’ tieghu.

    Fhiex sar il-process tad-djalogu!

  2. Iktar nahseb li hemm pressjoni mill-Unjoni Ewropea li qieghda tesigi li hemm ritard da parti mill-Gvern Malti fuq misuri li kellhom jittiehdu fuq l-ambjent u li issa hemm sejha ghall-implementazzjoni.

    In fatti f’l-introduzzjoni ta’ dan l-invit ghall-konsultazzjoni nsibu miktub:

    ” It will cover, but not be restricted to, obligations stemming from the European Union (EU) environment acquis.”

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s