Il-Gvern stenbaħ ….. dwar l-ilma

Qiegħed naqra t-Times tal-lum. Jidher li l-Gvern stenbaħ dwar l-ilma.

Fid-dokument pre-budget għall-2011 hemm dikjarazzjoni li ser tibda tiġi applikata l-liġi dwar postijiet li m’għandhomx bir skond il-liġi.

Din il-liġi li qed jirreferu għaliha ma saritx issa. Ilha hemm mill-1880.

Bosta residenzi li nbnew mis-snin 60 lil hawn m’għandhomx bir. Oħrajn li nbnew qabel għandhom il-bir mirdum.

Fost dawn hemm ħafna postjiet li bena l-Gvern. Mhux biss dawk li nbnew fis-snin 70 u 80 u 90 biss. Imma anke’ dawk li nbnew aktar reċenti ukoll.

Il-ġimgħa l-oħra stess kont f’post li nbena fl-2003-04 mill-Awtorita tad-Djar. Jikkonsisti f’‘numru ta’ maisonettes li tqassmu f’Pembroke wara sejħa pubblika li saret. Ikoll bla bir.

Issa naraw jekk il-Gvern huwiex ser jibda jirranġa l-problemi li ħoloq huwa stess meta m’għamilx bjar fil-postijiet li bena  jew kien responsabbli  għalihom huwa.

L-iżviluppaturi f’diversi każi gew jaqgħu u jqumu mill-bjar. Imma l-Gvern ma mexiex wisq aħjar!

Għal iktar spjegazzjoni tista’ tara s-segwenti fuq dan il-blog :

23 ta’ Mejju 2010           Water: A Long-Term View

17 ta’ Jannar 2009        The cost of incompetence

17 ta’ Novembru 2008         L-ilma tax-xita

8 t’Ottubru 2008          Sa fl-aħħar : strateġija dwar l-ilma.