Gonzi u l-White Rocks: l-interessi personali u l-profitti

 

Lawrence Gonzi kien rappurtat dalgħodu mit-Times li wieġeb għall-kritika ta’ Paul Abela (ex Sindku Nazzjonalista tas-Swieqi u illum President tal-GRTU) dwar il-proġett tal-White Rocks billi qal li dan (Abela) għandu interessi personali u interessi ta’ profitt u li l-kritika tiegħu għall-proġett tal-White Rocks hi motivata minn dan.

Mur obsor, kemm hu għaref il-Prim ! Mhux ovvja li min (flimkien ma ħaddieħor) tefa’ offerta li wara proċess twil ta’ negozjati ġiet aċċettata jfittex li jħares l-interessi tiegħu.

Paul Abela fl-artiklu tiegħu  ippubblikat fit-Times of Malta tal-14 ta’ Lulju 2010 qal li l-Gvern kien għadu marbut mal-consortium bl-isem Costa San Andrea li miegħu kienu saru negozjati wara sejħa għall-offerti fl-1999.

Bil-mod kif qed jitkellem Lawrence Gonzi qiesu li dawk li magħhom qiegħed jinnegozja l-Gvern tiegħu ġejjin jagħmlu l-karita’. Dawn għall-profitti ukoll ġejjin, profitti li biex jimmaterjalizzaw talbu art li fuqha jkunu jistgħu jinbnew 300 appartament. Il-fondi ġġenerati mill-bejgħ tal-appartamenti jagħmlu tajjeb kemm għall-profitti kif ukoll għall-ispejjes biex jinbena dak li Lawrence Gonzi qed isejjaħlu kumpless sportiv, imma li fir-realta’ għadu mhux ċar eżatt x’ser ikun.

Il-mistoqsijiet mhux imwieġba mill-Gvern ta’ Gonzi qed jiżdiedu, u issa magħhom żdiedu dawk ta’ Paul Abela : għadu marbut mal-consortium Costa San Andrea jew le ?  

Għal uħud mill-mistoqsijiet l-oħra, ara ukoll fuq dan il-blog :

 3 ta’ Lulju                 Land Speculation at White Rocks

13 ta’ Ġunju                 The White Rocks Project

2 comments on “Gonzi u l-White Rocks: l-interessi personali u l-profitti

  1. Li ghadu ma qalilniex Gonzi huwa jekk hemmx xi €4 miljun commission. Tghid dawn sejrin imorru ghall-Community Chest Fund?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s