The White Rocks Project



Dirk Urpani, AD Spokesman on Sports and Youths stated that AD appreciates that at last Government has produced a plan to utilise the abandoned White Rocks site for sports. Dirk Urpani expressed the hope that this project may further enhance a sporting mentality into the minds of the Maltese, all of which stand to gain only if it is properly implemented.

Carmel Cacopardo AD spokesman on Sustainable Development added that
government’s enthusiasm would only be justified if the proposed development is sustainable and consistent with government’s declared policy on the inauguration of the current session of Parliament in 2008. It was then solemnly declared that the Gonzi government would be guided and inspired by the principles of sustainable development. It is now time for Government to show one and all what it has learned from its environmental blunders, including those of the recent past, as was most recently observed in the press by the Parliamentary Secretary responsible for Tourism and the Environment.

AD, added Cacopardo, assumes that since it has been declared by Government that the environment is one of its policy pillars it has already taken into consideration the fact that the White Rocks Area borders a Special Area of Conservation which of its very nature limits the type of development and activities permissible. This is one of the duties which Malta has assumed through EU membership as it was this same government which identified this area (adjacent to the White Rocks area) to form part of EU’s Natura 2000 sites subject to the regulations detailed in the Habitats Directive.

In view of the above, Michael Briguglio, AD Chairperson, concluded that it would be appreciated that the Prime Minister, even as Minister responsible for the Environment, puts everyone’s mind at rest how these responsibilities will be honoured now that detailed plans appear to have been finalised.

AD will be able to comment further about the project when the detailed plans are published.

_______

 

Dirk Urpani, kelliemi ta’ Alternattiva Demokratika (AD) dwar iż-Żgħażagħ u l-Isports jgħid li AD tapprezza li fl-aħħar tfaċċa pjan biex iż-żona mitluqa magħrufa bħala White Rocks tintuża għal attivita sportiva. Dirk Urpani esprima t-tama illi dan il-proġett jista’ jgħin l-iżvilupp sportiv fil-Maltin. Dan iżda jseħħ biss kemm-il darba l-proġett ikun implimentat sewwa.

Carmel Cacopardo kelliemi ta’ AD ghall-Iżvilupp Sostenibbli kompla li l-ħeġġa li qed tintwera tkun ġustifikata biss jekk l-iżvilupp propost ikun wieħed
sostenibbli u konsistenti mad-diskors programmatiku tal-Gvern fil-ftuħ tal-Parlament fl-2008 fejn gie dikjarat solennement li l-Gvern Gonzi ser ikun illuminat mill-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli. Huwa l-mument li l-Gvern juri jekk tgħallimx mill-iżbalji ambjentali li għamel anke’ fil-passat riċenti, u dan kif osserva tant tajjeb reċentement f’ġurnal lokali s-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu u l-Ambjent.

AD, żied jgħid Cacopardo tassumi li billi l-ambjent illum huwa pilastru ewlieni tal-politika dikjarata tal-Gvern dan diġa ħa in konsiderazzjoni il-fatt li
l-area tal-White Rocks tmiss ma’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (Special Area of Conservation) li allura minna nnifisha tillimita x’tip ta’ żvilupp u attivita’ tista’ issir fl-inħawi. Dan huwa wieħed mill-obbligi li Malta daħlet għalihom bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea meta kien il-Gvern innifsu li identifika ż-żona biex tagħmel parti min-Natura 2000 tal-Unjoni Ewropea. L-obbligi kollha dwar dan joħorġu mid-Direttiva tal-Habitats.

Għaldaqstant temm jghid Michael Briguglio, Chairperson ta’ AD,  AD tapprezza jekk l-Prim Ministru jserraħ ras kulhadd u jekk issa li jidher li hemm pjani dettaljati dwar il-progett jinforma lill-pubbliku kif dawn l-obbligi ser ikunu onorati.

AD tkun tista’ tikkummenta fid-dettall dwar il-proġett meta l-pjanijiet kollha
dettaljati jkunu pubbliċi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s