Il-MEPA u l-Parlament

 

L-abbozz ta’ ligi li ppreżenta għad-diskussjoni l-Gvern m’hiex ir-riforma tal-MEPA. Hi l-għodda li permezz tagħha trid issir ir-riforma. Fil-fehma tiegħi m’hiex l-aħjar għodda. Tista’ tkun ħafna aħjar.

Il-Parlament għandu rwol importanti f’din ir-riforma. Il-Parlament m’għandux jibqa’ parti mill-MEPA iżda għandu jkun fuq il-MEPA. M’għandux jibqa’ jaħtar żewġ membri minn tiegħu biex ikunu membri tal-Bord tal-MEPA. Għandu iżda jaħdem biex jissorvelja lill-istess MEPA. Dan jista’ jsir billi lill-Kumitat Magħżul tal-Parlament dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp u l-Ambjent jiżdiedulu responsabbiltajiet li  jissorvelja lill-MEPA kontinwament u perjodikament jirrapporta lura lill-Parlament dwar dak li jirriżultalu u dwar dak li jidhirlu meħtieġ li jsir.

Il-MEPA teħtieġ trabbi l-kredibilita’. Dan tagħmlu mhux biss bil-ħidma tal-impjegati tagħha iżda fuq kollox il-krediblita’ takkwista mill-ġdid jekk it-tmexxija tal-MEPA tkun aċċettata minn kulħadd (jew mill-parti l-kbira). Hawnhekk li għandu rwol kbir x’jaqdi l-Parlament. Ma jistax ikun li l-Gvern jibqa’ jżomm kontroll sħih fuq il-proċess kollu li bih jaħtar it-tmexxija tal-MEPA. Din il-funzjoni l-Gvern għandu jwettaqa flimkien mal-Parlament. Dan jista’ jsir billi qabel ma jinħatru l-membri tal-Bord tal-MEPA u l-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp dawn ikunu soġġetti għal smiegħ pubbliku bl-iskop li jistabilixxi jekk humiex addattati għar-responsabbiltajiet tagħhom. B’dan il-mod il-Gvern ma jaħtarx waħdu iżda jkollu jħoss l-obbligu li dawk li jressaq isimhom ikunu nies kapaċi u aċċettabbli. Għax ngħiduha kif inhi, dawk li nħatru fil-passat la kienu kollha kapaċi u wisq inqas kienu kollha aċċettabbli.

Dan kollu jfisser li l-Parlament ikun sieħeb tal-Gvern fil-mod kif taħdem il-MEPA. Il-Membri Parlamentari fil-Kumitat Magħżul jistgħu b’dan il-mod jagħtu kontribut ferm ikbar milli jiddeċiedu fuq applikazzjonijiet individwali. Għax  il-Membru tal-Parlament għandu jara li l-MEPA tista’ u tkun qed tagħmel xogħolha.

By carmelcacopardo Posted in MEPA Tagged

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s