Dalli għall-Kummissarju ?

J_Dalli

Is-Sunday Times  dalgħodu qaltilna li John Dalli jidher li hu l-favorit biex ikun il-Kummissarju Ewropew li jmiss minn Malta. Mhux ċar iżda s’issa jekk huwiex fi ħsiebu jaċċetta.

Jiena m’għandi l-ebda dubju li John Dalli jekk eventwalment jinħatar jagħmel suċċess mill-ħatra, mhux biss għalih iżda ukoll għall-pajjiż bħalma għamel Joe Borg qablu.

Fil-passat jiena ħdimt mill-viċin ma’ John Dalli kemm meta kien Ministru fis-snin 90 kif ukoll fil-PN. Kont wieħed minn dawk li innominaw lil John Dalli meta iddeċieda li jikkontesta it-tmexxija tal-PN.

Naħseb li l-issue mhiex waħda dwar jekk Dalli huwiex kapaċi jew le. L-anqas ma nagħti importanza lil dak li jgħidu uħud illi Gonzi jħossu skomdu b’Dalli ma saqajh. Iċ-ċavetta naħseb li hi ta’ xorta oħra.

Jekk Dalli eventwalment jinħatar bħala Kummissarju tal-Unjoni Ewropea tinfetah it-triq biex jerġa’ jidħol fil-Parlament Louis Galea. Għax Louis Galea 99% jirbaħ il-bye-election li jkollha ssir fuq is-VI Distrett jekk John Dalli jwarrab mix-xena politika lokali.

Dan il-pass imbagħad jiftah it-triq għar-ritorn ta’ Louis Galea fil-Kabinett fejn m’għandix dubju illi l-kontribut tiegħu huwa meħtieġ. Iktar u iktar meta l-alleati politiċi ta’ Lawrence Gonzi qed jiddgħajfu kontinwament.

Imbagħad ir-reshuffle tal-Kabinett tagħmel iktar sens !

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s