Wara sittin sena ta’ argumenti

renzo-piano

Wara li kelli l-opportunita’ li nara l-proposti ta’  Renzo Piano għas-sit tat-Teatru Rjal u Misraħ il-Ħelsien fil-Belt fl-opinjoni tiegħi dawn il-proposti għandhom ikunu attwati kif inhuma.

Fil-waqt li nifhem li ser ikun hemm min ikun kritiku ta’ xi parti jew oħra tal-proposti naħseb li jkun għaqli li nħarsu lejn il-proġett bħala wieħed sħiħ, fit-totalita’ tiegħu.

Għal kull parti mill-proposta ta’ Renzo Piano hemm alternattiva li ssib appoġġ ta’ xi settur jew ieħor tal-popolazzjoni. Naħseb li l-mod kif Piano żviluppa l-proposta tiegħu jirrispetta b’mod ġenerali s-sensittivitajiet ta’ kulħadd. Anke għal daqshekk biss dan il-proġett ħaqqu l-appoġġ ta’ kulħadd.

Imma iktar minn hekk il-proposta ta’ Piano ser tneħħi minn nofs parti sostanzjali tal-monstrosita’ ta’ Bieb il-Belt u toħloq alternattiva li tistona ferm inqas mal-wirt kulturali tagħna.

Wara sittin sena ta’ argumenti il-Belt ħaqqa deċiżjoni.

2 comments on “Wara sittin sena ta’ argumenti

  1. Nahseb l-entratura wisq zghajra ghal volum ta nies li jidhlu l-Belt. Geja qiesa entratura Egizzjana.
    Rigward is servizzi tat – traffiku x’ser nghamlu?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s