Il-vot fuq l-aħdar : 5. Alternattiva hi meħtieġa

 

  adsmall

Hemm bżonnha lill-Alternattiva ?

Il-PN jidhirlu li ma hemmx bżonnha għax ikkonkluda li qed ittelfu, li qed teħodlu l-voti “tiegħu”.  L-PL għalkemm ma jgħidhiex daqshekk ċara jaħsibha ġeneralment bl-istess mod.

Dan hu rifless ukoll fil-posizzjoni li ħadu l-PN u PL dwar is-sistema elettorali meta emendaw għal darba darbtejn ir-regoli biex ikunu kuntenti huma mingħajr ma fittxew illi jkunu ġusti fil-mekkaniżmi illi joħolqu. Kull darba li saru l-emendi kien hemm il-kunsens taż-żewġ naħat. Kemm tal-PN kif ukoll tal-PL. Li flimkien għalhekk iridu jerfgħu r-responsabbilita’.

Dan kollu huwa r-riżultat tal-polarizzazzjoni tas-snin 60, 70 u 80 li l-effetti tagħha għadhom magħna. Il-mentalita’ ta’ żewġ kampi opposti issibha f’kull qasam tas-soċjeta’ Maltija. Fil-festi tar-raħal fejn anke f’raħal ċkejken issib żewġ festi b’partitarji akkaniti. Dan ġie esportat mill-festi tar-raħal għall-politika : fejn tan-naħa tiegħek hu dejjem tajjeb, u tan-naħa l-oħra hu dejjem ħażin.

Għalkemm iż-żewġ mexxejja tal-partiti l-kbar jiftaħru illi jridu jibdlu l-politika ma tantx kellhom suċċess ma dan l-akkanitiżmu. L-anqas jistgħu jgħidu li ppruvaw daqstant ħlief għal ftit paroli fl-ewwel diskors wara l-ħatra tagħhom.

Bħalissa għaddejja kampanja li tidher illi hi orkestrata biex tikkonviċi lill-AD li żmienha ġie u mar. Fost ħafna vomtu fuq ċerti blogs qed jagħtuna parir biex inżarmaw.  L-ewwel tweġiba li tixraq toħroġ direttament mill-qawl Malti : pjaċir bla mitlub, hu nofsu mitluf.

Ara x’qalulna l-iktar puliti minnhom.

Simon Busuttil fl-artiklu tiegħu fit-Times ta’ nhar it-Tlieta 10 ta’ Ġunju 2009 intitolat Dissecting the Result  qalilna li hemm futur biss fil-partiti l-kbar. Filwaqt li appella lil Arnold Cassola, Stephen Cachia u Michael Briguglio biex isibu posthom mal-kbar ittama li l-PN ma jdumx ma joħroġ idejh (biex jistedinhom jissieħbu miegħu).

Keith Grech, ex Deputat Segretarju Ġenerali tal-PL fuq il-blog ta’ James Debono f’kumment datat 10 ta’ Ġunju 2009 fuq il-post intitolata My Core Values   jgħidilna illi b’AD b’saħħitha hemm l-ikbar garanzija li l-PN jibqa’ fil-Gvern : “A stronger AD is potentially the best news that the PN can receive to secure its stranglehold on the administration of this country.”  Għal Grech ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali li kisbet AD fl-2008 (jigifieri 3810 vot) hu biżżejjed biex iservi ta’ ostaklu ghall-PL milli jkun fil-Gvern.

Mela b’dan ir-raġunament f’elezzjoni ġenerali oħra ser ikollna żewġ spots politiċi li jikkuntrastaw. Dak tal-PN li jgħidilna (għal darba oħra) li vot għall-AD hu vot għall-Labour. U ieħor tal-Labour li jgħidilna li vot għall-AD hu vot għal PN.

Issa dawn qalulna li r-riżultat tal-elezzjonijiet għal AD kien diżastru. Jekk hu diżastru minn xiex qed jinkwetaw ?

Ir-realta’ hi li AD hemm bżonnha. Ser tibqa’ hawn sakemm il-votanti jibqgħu jriduha.  3810 fl-elezzjoni ġenerali u 5802 fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ilkoll ma l-ewwel għadd. Lil dawn ħadd ma jista’ jirrappreżenthom ħlief Alternattiva Demokratika.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s