Il-Vot fuq l-Aħdar : 2. Il-PN u l-PL

CassolaEbejer

Fl-elezzjoni ġenerali tal-2008 il-PN kellu żewġ messaġġi. Dak pożittiv (li tista’ taqbel jew ma taqbilx miegħu) u dak negattiv li bih ipprova jkisser lill-avversarji b’mod maħmug.

Vot lill-Alternattiva qalilna l-PN huwa vot lill-Labour.

Artiklu ppubblikat minn Varist Bartolo   fl-Orizzont tal-5 ta’ Settembru 2008 ta’ lill-propagandisti tal-PN spunt biex għall-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2009 jibni kampanja mibnija fuq it-tfesfis fil-widnejn, kampanja parallela ma dik uffiċjali.

Issa jiena immaġinajt x’ġej u weġibt dan l-artiklu ta’ Varist dakinnhar stess li kien ippubbikat.  

Varist m’għandi l-ebda dubju li ma kienx jikteb l-artiklu b’dak il-mod li kieku irrealizza illi ser ikun strumentalizzat b’mod li jagħmel il-ħsara. Imma wara kulħadd għaref. Għax il-PN wara li matul il-kampanja elettorali tal-2003 ipprova jibla lill-Alternattiva u ma rnexxilux [bl-offerta ta’ Speaker u offerta ta’ co-option ta’ Membru Parlamentari jekk AD ma tikkontestax dik  l-elezzjoni] qed jipprova jitfa’ fuq ħaddieħor dak li fil-passat ipprova jagħmel hu.

Nifhem li hu diffiċli li l-PN jirrealizza kemm hi awtonoma Alternattiva Demokratika għax l-imġieba tiegħu (tal-PN) fil-passat uriet illi ma jemminx fl-awtonomija. Il-PN għamel użu mill-appoġġ tal-AD fit-triq li wasslet lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Imbagħad fittex illi jitbiegħed minnha malajr kemm jista’ jkun, xahar biss wara r-referendum tal-2003.  Xi darba AD jmissha tippubblika l-ismijiet ta’ dawk li anke sa llum għadhom jippużaw tal-indipendenti, imma fl-2003 ippreżentaw ruħhom bħala medjaturi biex jikkonvinċu lill-AD dwar il-ħtieġa fl-interess pubbliku li AD ma tikkontestax l-elezzjoni !

B’daqshekk ma jfissirx li AD ma mxiet sewwa,  biex ħadd ma jinterpretani ħażin. AD imxiet sewwa meta ikkooperat mal-PN fit-triq li wasslet għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għax kienet konsistenti ma dak li emmnet. Dan ukoll kien fattur li wassal għat-22,938 vot favur Arnold Cassola fl-ewwel għadd tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2004.  Imma għal uħud dik storja li ma jiftakrux u ħadd ħlief AD m’għandu interess li jfakkar. Sfortunatament  AD ma fakkritx biżżejjed.

(ikompli: għada : 3. Il-politika tas-supermarket.)

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s