Gonzi konvint : Cassola għall-Parlament Ewropew

 

 AC_YE_web

 

Dan huwa t-transcript ta’ l-aħħar parti tad-diskors ta’ Lawrence Gonzi fil-laqgħa sigrieta li kellu mal-kaċċaturi l-Buskett :

 

 

Lawrence Gonzi: Issa x’jiġri fis-6 ta’ Ġunju jista’ jkollu effett fuq l-affarijiet għaliex fis-6 ta’ Ġunju se nagħżlu ħames deputati pero’ imbagħad wara jista’ jkun li jkun hemm is-sitt wieħed tajjeb  ……… jiġifieri oqgħodu attenti, oqgħodu attenti għaliex jekk is-sitt wieħed ikun ………… emmmm……….”

 

Kaċċatur: Toqgħodx tiddejjaq tgħidha… il-ħodor!!

 

Lawrence Gonzi: Issa, issa jiena qed noqgħod attent …………

 

Kaċċatur: Imma aħna ma noqgħodux!

 

Lawrence Gonzi: ……… Biex kulħadd jagħmel l-għażliet tiegħu. Jekk xi ħadd jgħid jiena mhux sejjer nivvota, jmorru jixxejru, ma jmurx jivvota ……………  hemm ċans li s-sitt wieħed jitla’ minn partit ieħor, ma jkunx la mill-Partit Nazzjonalista u l-anqas mill-Partit Laburista …………

 

Kaċċatur: Jitlaqulna ta’ veru!

 

Lawrence Gonzi: ……… tajjeb!  Imbagħad hemm int. U għal min qiegħed jipprova jiżvijjakom orajt, issa jiena miegħi ħadd ma qabad lambrazetta. Jien l-ebda partit Alternattiva ma qabad lambrazetta miegħi. Pero dak il-partit qabad lambrazetta ma’ xi ħadd ieħor. Miegħi ma qabadx. Jiena qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, fuq programm, ta’ Bondiplus, għedtilhom ċar u tond, intom lambrazetta ma’ dawk. Miegħi m’għandkomx x’taqsmu. Miegħi ma tagħmlux coalition. M’hemmx koalizzjoni miegħi.

 

Issa lil sħabkom għidulhom illi fis-6 ta’ Ġunju se nagħzlu ħamsa deputati. Pero’ bis-sitt siġġu mdendel, jiġifieri x’aktarx jekk jgħaddi dak li jgħidulu t-trattat ta’ Lisbona Malta tkun rebħet siġġu ieħor. Minn ħamsa għas-sitt wieħed huwa numru kbir. Dak il-wieħed ser ikun min mill-kandidati ta’ din l-elezzjoni  ser jibqa’ mdendel. Ħames snin ilu tafu min kien baqa’ mdendel?

 

Semmejtuh inthom, mhux jien. Cassola baqa’ mdendel. Tajjeb! Issa jiena nerġa’ ngħid: kulħadd jagħmel l-għażla tiegħu. Il-vot huwa tagħkom. Jien bħal ma għedt, jien dejjem hekk irraġunajt: jiena l-vot hu tiegħi u ħadd ma jindaħalli x’nagħmel bil-vot tiegħi. Nisma’, imbagħad niddeciedi jien. Intom il-vot huwa tagħkom, isimgħu, imbagħad iddeċiedu intom. Tajjeb, inħalli lil kulħadd fil-liberta’.

 

Jekk trid tara d-diskors kollu ara l-website tal-PN jew tal-PL !