L-Imtieħen tar-Riħ

 feature_wind5

Huwa tajjeb li fl-aħħar il-Gvern beda jiċċaqlaq biex ikun possibli li f’Malta ukoll niġġeneraw l-enerġija mir-riħ.

Fl-aħħar.

Beda jiċċaqlaq għax l-Unjoni Ewropea qed tagħfas. Mill-bqija m’hemm l-ebda entużjażmu.

Ħarsa lejn ir-rapport ta’ Mott MacDonald imħejji f’Jannar 2009 w intitolat Feasibility Study for Increasing Renewable Energy Credentials fil-paġna 2-3 hemm kumment dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni fuq l-irjieħat.

Jingħad mill-konsulenti li billi l-informazzjoni li kellhom kienet dwar ir-riħ f’Ħal-Luqa, 18-il kilometru mis-Sikka l-Bajda ma tantx setgħu jkunu preċiżi f’dak li jgħidu. L-argument għaldaqstant hu dwar kif tista’ tibda tikkunsidra siti differenti biex fihom tqiegħed imtieħen tar-riħ jekk qabel ma tkunx analizzajt bir-reqqa l-qawwa tar-riħ madwar il-gżejjer Maltin u b’hekk tkun tista’ tibda bl-aħjar siti.

Dan jidher li ma sarx, kemm mir-rapport li jissemma iktar il-fuq (dak ta’ Mott MacDonald) kif ukoll mir-rapport tal-Kummissjoni Deidun intitolat “An Offshore Windfarm at Is-Sikka l-Bajda. An Evaluation of Concerns from Government Stakeholders.” datat Lulju 2008. Ir-rapport Deidun jitkellem biss dwar Is-Sikka l-Bajda, ma kellux għażla. Ma setax jikkonsidra options oħra.

Issa jiena m’għandi xejn kontra li jkun hemm l-imtieħen tar-riħ fis-Sikka l-Bajda. Imma xtaqt li nkun naf fuq liema kriterju ġie deċiż li dan ikun sit biex fih jitqegħdu l-imtieħen. Hemm min qed jgħid li din hi xi ħaġa li wieħed jaraha fl-istadju tal-analiżi tal-impatti ambjentali. Le. Qabel ma intagħżel is-sit kellu jkun hemm ġustifikazzjoni għal dan. Parti minn dak magħruf bħala Strategic Site Selection Exercise. Din setgħet issir biss a bażi ta’ kemm hu qawwi r-riħ fl-inħawi. Minn hemm imbagħad wieħed jgħaddi biex jeżamina l-impatti ambjentali, u kif dawn jistgħu jkunu mitigati.

Wara li sar ir-rapport Deidun, għax jidher li hemm problemi dwar is-sit tas-Sikka l-Bajda, l-Gvern identifika żewġ siti oħra addizzjonali : Ħal-Far u Wied Rini limiti tal-Baħrija. Araw ftit x’jingħad dwar il-qawwa tar-rih f’dawn l-inħawi fil-Project Description Statement tal-proposti għas-Sikka l-Bajda, Ħal-Far u Wied Rini.

F’kull wieħed minn dawn ir-rapporti jidher ċar li ma sar l-ebda studju iżda intuża l-kejl tar-riħ f’Ħal-Luqa. Dan iwassal għall-konlużjoni illi jista’ jkun li hemm siti oħra li huma iktar addattati biex fihom jitqegħdu l-imtieħen tar-rih. Għax tant hemm x’jgħin jew itellef li bil-kalkulazzjonijiet biss ma mhux biżżejjed.

Sfortunatament għal darba oħra l-Gvern mexa b’mod dilettantesk : l-ewwel ħa d-deċiżjoni dwar fejn irid l-imtieħen tar-riħ u issa qed jara kif jiġġustifika din id-deċiżjoni.

Nittama biss li ma jkomplix jgħaffeġ. Forsi xi darba mhux il-bogħod nibdew bħala pajjiż niġġeneraw l-enerġija mir-rih, imma dan nagħmluh b’effiċjenza.

One comment on “L-Imtieħen tar-Riħ

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s