Strateġija nejja

 l-orizzontippubblikat it-Tlieta 14 t’April 2009

minn Carmel Cacopardo

___________________________________________________________________ 

 

 
Id-dokument li ppubblika l-Gvern li permezz tiegħu jipproponi li jaġġorna l-istrateġija dwar l-iskart jippre­żenta proposta nejja. Hi nejja għax filwaqt li fiha ingredjenti tajbin ma tasalx biex tfassal triq addattata biex l-iskart li niġġe­neraw fid-djar tagħna jonqos.

Il-proposta tqiegħed l-inċi­nerazzjoni fiċ-ċentru tal-ħidma biex ikun immaniġġjat l-iskart. Dan fil-fehma tiegħi hu żbaljat. Żbaljat mhux għax l-inċineraz­zjoni għandha tkun imwarrba. Xejn minn dan. Imma żbaljat għax biex l-inċinerazzjoni tkun għodda addattata trid tinkwadra ruħha fi strateġija li tagħti pri­jorità lil dik l-għodda ambjentali u fiskali li jħajru n-nies inaqqsu l-iskart li jipproduċu.

Kompożizzjoni

L-ewwel pass f’din it-triq kellu jkun li jkun eżaminat bir-reqqa minn x’hiex huwa magħmul l-iskart iġġenerat fid-djar. Id-dokument ippubblikat mill-Gvern ma jagħmel l-ebda referenza għal dan. Fil-fatt fir-rapport imħejji mill-Awstrijaċi dwar l-inċinerazzjoni, intitolat “Waste to Energy in Malta – Sce²nar²i²os for Implementation”, jirreferu għal stħarriġ li sar fl-1989 minn Vince Gauci, u studju ieħor tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Mal²ta fl-2003. Ma jidher li hemm l-ebda informaz­zjoni iktar riċenti.

It-tip ta’ skart li niġġeneraw jinbidel biż-żmien skond l-użanzi li naddottaw u l-mod kif ngħixu. Pereżempju l-ammont ta’ plastik iġġenerat fl-iskart jidher li qiegħed jikber kontin­wament u wieħed mill-kontri­buturi għal dan hi d-dipendenza tagħna dejjem tiżdied fuq ikel ippakkjat fil-plastik. Dan huwa riżultat mhux biss tal-ħajja dej­jem iktar mgħaġġla imma ukoll tar-rwol dejjem jikber tas-supermarkets il-kbar fil-kummerċ ta’ oġġetti tal-ikel.

Ir-riċerka biex issostni l-aġġornament tal-politika dwar l-iskart f’Malta hi neċessarja, iżda hi nieqsa. Kif tista’ tfassal politika li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-lum jekk il-qagħda attwali m’hix imkejla b’mod adekwat u frekwenti? F’pajjiżi oħra dan isir b’mod regolari u jindunaw b’dan il-mod b’affarijiet li jkunu qed jinbidlu minn kmieni b’mod li jkunu jistgħu jilqgħu għalihom.

Fir-Renju Unit kmieni fix-xahar ta’ Frar 2009, ġie ppub­blikat rapport mill-Local Government Association Ingliża, intitolat “War on Waste: Food Packaging Study Wave 3”. F’dan ir-rapport żie eżaminat is-sehem tas-Supermarket Chains kollha fl-Ingilterra għall-ġenerazzjoni tal-iskart. Wieħed mis-suġġe­rimenti li joħroġ minn riflessjoni dwar dan l-istudju huwa jekk l-ippakkjar tal-ikel, tant meħtieġ minħabba l-iġjene, ikunx iktar għaqli li jsir fi plastik biode­gradabbli. Plastik ta’ dan it-tip imbagħad ma jkollux bżonn ta’ inċineratur iżda jkun jista’ jiġi pproċessat flimkien mal-iskart organiku l-ieħor.

Jidher li l-Gvern f’Malta għad ma eżaminax din il-materja. Il-grupp ta’ strateġija dwar l-iskart lanqas biss jidher li xamm ir-relevanza tagħha għall-aġġorna­ment tal-istrateġija!

Il-miri

Tajjeb li nistaqsu fejn irridu naslu? Hemm diversi miri li rridu nilħqu. Fuq quddiem nett għandna nimmiraw biex l-iskart jonqos. Qed issir ħafna ħidma biex l-iskart li jintrema jonqos, u l-frott dwar din il-ħidma qed jinkiseb bil-mod bl-għarfien dejjem iktar tan-nies tal-ħtieġa li nirriċiklaw. Imma li nirriċiklaw għalkemm huwa tajjeb mhuwiex biżżejjed.

Meta s-supermarkets joffru prezzijiet irħas dan jagħmluh għal diversi raġunijiet. Jixtru bil-kwantità u jagħfsu lill-pro­dutturi għall-prezzijiet orħos, kif ukoll inaqqsu kemm jifilħu x-xogħol bl-idejn. Meta jsir dan jonqsu konsiderevolment l-ispejjeż tagħhom. Huwa komdu ħafna li tieħu pakkett minn fuq l-ixkaffa jew mill-freezer tas-su²per²mar²ket u dritt għal ġot-‘trol²ley’ mingħajr ħtieġa ta’ kju biex jintiżen il-ġobon jew il-perżut! Parti mill-ispejjeż li s-supermarket jiffranka tispiċċa ġġorrhom is-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart għax jiġi iġġenerat iktar skart tal-plastik. Dan nistgħu nevitawh b’żewġ modi. Fejn dan hu possibli nistgħu nużaw inqas plastik li jiġġenera l-ikel ippak­kjat billi nixtru iktar ikel frisk. Apparti li huwa iktar sustanzjuż jikkontribwixxi ukoll kemm għall-ġenerazzjoni ta’ inqas skart, kif ukoll biex tissaħħaħ l-industrija agrikola f’Malta.

Il-Gvern iżda jista’ jinsisti li l-ippakkjar jibda jsir fi plastik biodegradabbli. Hemm diversi miżuri li jista’ jieħu biex dan isir. Għax mhux sewwa li biex tas-supermarkets ikunu kompe­tittivi jitfgħu l-piż fuq is-servizzi pubbliċi li jridu jerfgħu piż addizzjonali ta’ skart iġġenerat li qiegħed dejjem jikber.

L-istrateġija aġġornata dan kollu ma tikkunsidrahx.

Skart elettriku u elettroniku

L-aġġornament tal-istrateġija tipposponi li tħares lejn l-iskart elettriku u elettroniku. Din hi materja li bħala pajjiż għandna obbligi x’nimplimentaw kif jirriżulta mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja WEEE (Waste from Electric and Electronic Equipment). Id-Direttiva WEEE titfa’ l-obbligu biex apparat elettriku jew elettroniku li spiċċa l-użu tiegħu jinġabar minn min jipproduċih jew l-aġenti tiegħu. Għalkemm l-avviż legali dwar dan ġie ppubblikat żmien ilu għad hawn ħafna tkaxkir tas-saqajn biex din id-direttiva tkun implimentata. Ir-raġuni għal dan hi ċara. Fil-waqt li l-Unjoni Ew­ropeja a bażi tal-prinċipju ta’ ‘pro­ducer responsibility’ tinsisti li min jipproduċi dan l-apparat għandu jerfa’ r-responsabbiltà kollha għall-iskart li jiġġenera, fl-istess ħin permezz tal-Liġi dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, il-Gvern assuma din il-funzjoni huwa minflok is-settur privat. Għal dan l-iskop qed jiġbor l-eko-kontribuzzjoni biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż. Fil-mument li d-Direttiva WEEE tkun implimentata parti mill-Liġi tal-Eko-Kontribuzzjoni jkollha tispiċċa jew tkun riveduta minħabba li min ibiegħ inkella jkun suġġett għal spiża doppja – l-eko-kontribuzzjoni u l-ispiża biex jiġbor u jipproċessa l-iskart elettriku u elettroniku. Jidher li l-Gvern s’issa ma sabx soluz­zjo­ni. Allura jipposponi.

Sadanittant dan l-iskart m’hu­wiex se joqgħod jistenna li l-Gvern jiddeċiedi x’se jagħmel. Min irid jibdel friġġ jew televixin xorta “jeħles” mill-friġġ jew mit-televixin il-qadim. Uħud mill-friġġijiet il-qodma qed jinġabru bis-sistema tal-iskart goff im­ħaddma mill-kunsilli lokali. Oħrajn qed jinġabru minn tal-ħanut li jbiegħu friġġ ġdida. Imma bosta oħra qed isibu ruħhom fl-iscrapyards imxerrda mad-diversi partijiet ta’ Malta. Dawn l-iscrapyards li jekk organizzati sewwa jistgħu jkunu ta’ ġid u kontribut fl-istrateġija dwar l-iskart ma jissemmew imkien fid-dokument li l-Gvern ippubblika għad-diskussjoni!

Il-prijorità

L-istrateġija tiffoka fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-iskart. Dan fih innifsu hu tajjeb. Imma kif tfassal l-aġġornament tal-istrateġija ma jagħti l-ebda importanza lill-istampa kollha. Qed tingħata l-impressjoni li billi jinħaraq parti mill-iskart se nsolvu ħafna problemi. Veru li se nnaqqsu r-rata li biha timtela l-miżbla. Veru ukoll li se niġġe­neraw madwar 3% tal-elettriku minn sorsi li kieku kienu jintre­mew. Dan hu tajjeb. Imma meta tiffoka b’daqstant qawwa fuq l-inċinerazzjoni bħala soluz­zjoni qiegħed jingħata l-messaġġ żbaljat li m’għadux iktar impor­tanti li nindirizzaw iżjed ħeġġa u inizjattivi biex jonqos il-ġene­razzjoni tal-iskart. Dan hu l-mes­saġġ li joħroġ meta d-dokument ippubblikat jonqos milli jittratta u jaġġorna l-mod kif nistgħu nnaq­qsu l-ġenerazzjoni tal-iskart.

Il-messaġġ joħroġ iktar ċar meta jissemmew pajjiżi oħra bħala prova li l-inċinerazzjoni tista’ ssir b’suċċess. Ma jingħadx imma li uħud minn dawn il-pajjiżi għandhom suċċessi kbar fil-mod kif jindirizzaw l-iskart: kemm jipprovaw inaqqsu l-ammont iġġenerat kif ukoll jir­nexxilhom jirriċiklaw ħafna iktar skart milli wasalna għalih aħna bħala pajjiż. Xhieda ta’ dan hi l-istatistika komparattiva dwar l-iskart fl-Unjoni Ewropeja ippub­blikata riċentement.

L-istrateġija għandha tinħema iktar. Irid ikun ċar li l-prijorità tal-ħidma għandha tkun li l-iskart iġġenerat jonqos. Imma dan għandu jirrifletti ruħu f’inizjattivi li jwasslu biex din il-prijorità titwettaq.

Għalhekk il-proposta hi nejja għax teħtieġ ħafna iktar ħsieb. Jekk min ħa ħsieb ifassal l-aġ­ġornament tal-istrateġija dwar l-iskart ikun irid, m’għandi l-ebda dubju li bosta huma dawk li lesti jagħtu kontribut. Għax fuq l-iskop qed naqblu. Li jonqos hu li flimkien infasslu t-triq li biha nistgħu naslu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s