Il-Gass tal-MEPA

mepa1

Il-gass tossiku li effettwa l-ħidma tal-impjegati tal-MEPA reġa’ fl-aħbarijiet. It-Times illum tikkwota lis-Sindku tal-Marsa biex tfakkar li l-problema ilha magħna għal dawn l-aħħar għaxar snin. Bdiet ftit wara li nħareġ il-permess għall-impjant għar-riċiklaġġ taż-żjut. Ilmenti ilhom isiru u sal-lum waqgħu fuq widnejn torox. Is-Sindku tal-Marsa qed jistaqsi il-għaliex ħadd ma ħa passi f’dawn l-10 snin. Mhux biss. Imma jkun floku li titwieġeb ukoll il-mistoqsija : x’riedu jgħidu biha meta qalu li kien hemm sabutaġġ ? Min agħmel is-sabutaġġ ?

X’jiswa li l-MEPA għamlet kundizzjonijiet dwar l-operat tal-impjant tar-riċiklaġġ taż-żjut jekk ma kienitx kapaċi tara li jkunu onorati ?

Advertisements