U l-MEPA qalet LE ……. liċ-Ċaqnu

mepa1

Il-MEPA qalet LE għal żvilupp li kien qed jipproponi ċ-Ċaqnu ġewwa Ħal-Balzan. Jiena ma kontx preżenti u allura ma nafx x’intqal biex njiġġustifika din id-deċiżjoni. Nista’ pero’ nimmaġina li l-iżvilupp propost hu wieħed intensiv wisq għaż-żona li qed jiġi propost fih, kif ukoll li ma tantx jaqbel man-natura tal-bini eżistenti fi Triq il-Kbira Ħal-Balzan.

Bħalma ikkritikajt lill-MEPA għat-turrun ta’ deċiżjonijiet ħżiena li ħadet naħseb li jkun xieraq li ngħid li din hi deċiżjoni tajba. Pero’ hemm xi ħaġa li għadni ma nistax nifhem : kien hemm vot wieħed biss favur l-iżvilupp : dak tar-rappreżentant tal-Partit Laburista. Xi ħadd naħseb li għandu jispjega u malajr !