Kisba importanti wara suġġeriment ta’ AD – MEPA accepts AD proposal

 

Stqarrija ta’ AD

AD Press Release

 

birzebbuga

Alternattiva Demokratika hi sodisfatta illi fid-deliberazzjonijiet tiegħu
il-Bord tal-MEPA, iktar kmieni llum, huwa hu jiddeċiedi dwar waħda
mill-applikazzjonijiet konnessi mal-Port Ħieles aċċetta proposta li saret
mill-kelliemi ta’ AD dwar l-Izvilupp Sostenibbli u l-Gvern Lokali l-Perit
Carmel Cacopardo.
Arnold Cassola, Chairperson ta’ AD, qal illi l-Bord tal-MEPA rabat il-ħruġ
ta’ permess ambjentali għall-operazzjonijiet tal-Port Ħieles mal-ħtieġa illi
tkun introdotta EMS (Evironmental Management System). Kien ta’ sodisfazzjon
żied jgħid Arnold Cassola li d-Direttur għall-Ħarsien tal-Ambjent Martin
Seychell qabel mal-proposta li saret
minn Cacopardo u ppropona emenda
għall-permess liema emenda ġiet approvata mill-Bord.

Carmel Cacopardo kelliem tal-Partit għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Gvern Lokali
ikkonkluda billi qal li l-adozzjoni mill-Port Ħieles ta’ EMS ser tfisser li
fuq perjodu ta’ żmien ikunu introdotti l-mekkaniżmi ħalli l-Port Ħieles
jindirizza l-impatti ambjentali tiegħu u b’hekk titjieb il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti ta’  Birżebbuga.

Alternattiva Demokratika ser tibqa’ ssegwi dan il-każ u tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha lill-Kunsill ta’ Birżebbuġa.

****
AD The Green Party in Malta is extremely satisfied that in its deliberations the
MEPA Board earlier today, when discussing one of the development applications
relative to the Freeport accepted a proposal made by AD’s spokesperson on
Sustainable Development and Local Government Architect Carmel Cacopardo.
Arnold Cassola AD Chairperson said that the MEPA Board linked the issuance of the environmental permit relative to the Freeport operations to a requirement of
introducing an
EMS (Environmental Management System). It was quite satisfying added Arnold Cassola that the Director for Protection of the Environment Martin Seychell agreed to Cacopardo’s proposal and subsequently he proposed an amendment to the permit which was approved by the Board.

Carmel Cacopardo party Spokesperson on Sustainable Development and Local
Government concluded by stating that the adoption by Freeport of an EMS will
signify that over a short time-frame the
Freeport
will introduce the necessary
controls such that it will be in a position to address its environmental impacts
and consequently improve the quality of life of Birzebbuġa residents. AD will
keep on monitoring this issue in full support of the Birzebbuġa Local Council.
Ralph Cassar
PRO