It-tagħlima dwar il-każ San Ġwann hi waħda ta’ natura fondamentali : li l-opinjoni pubblika għandna nagħtu każ tagħha dejjem.
L-opinjoni pubblika tifforma fuq dak li tisma’, taqra u tgħarbel. Inkluż fuq dak li tifhem li qed jinħeba lilha. L-esperti ukoll għandhom rwol fil-formazzjoni tal-opinjoni pubblika. Imma dak li jgħidu l-esperti għandu jkun magħruf dejjem u mhux meta jaqbel biss.
Fil-każ San Ġwann il-Gvern ta’ Gonzi naqas prinċipalment għax kien inkonsistenti. Jekk vera emmen illi kienu meħtieġa iktar studji u opinjonijiet qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-proġett mill-MEPA, għaliex il-Gvern ta’ l-go-ahead biex jiġu allokati l-fondi tal-EU għall-proġett? Il-messaġġ li ngħata b’dik id-deċiżjoni dwar il-fondi kien illi l-proċeduri jew kienu finta inkella li ma kien hemm l-ebda dubju dwar kif dawn ser ikunu konklużi. Min iddikjara li l-opinjonijiet kollha għandhom jinstemgħu (inkluż li jsiru l-istudji) qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet messu hu stess ma ħax id-deċiżjoni dwar il-fondi qabel ma saru l-istudji.
Ovvjament jista’ jkun li l-moħħ wara din l-idea kien dak li jispeċjalizza fil-ħidma bil-moħbi, bil-kwiet, wara l-bibien magħluqin. Dak li imdorri jiddetta u jmexxi mingħajr ma qatt issottometta ruħu għal elezzjoni. Din hi l-filosofija li teħtieġ tingħata l-ġemb : it-tmexxija bil-ħabi, minn wara l-kwinti.
Il-lezzjoni hi waħda kbira : in-nies jidhrilha li m’għandhiex tintalab l-opinjoni tagħħa f’elezzjoni ġenerali biss. Il-fehma tan-nies hi relevanti dejjem.
Thank you. Very well put Helen
Naqbel ma’ dan l-artiklu. Kont nahseb li ghadda z-zmien meta elementi fl-amministrazzjoni tal-pajjiz jithallew ihawwdu w ibazwru minn wara l-poplu, bil ftit bazuzli ta’ gewwa biss jafu x’qed isir minn wara l-kwinti. L-episodju ricenti tal-Kattidral ta’ San Gwann urina li ghad hawn ”professjonisti” li jahsbu li jistghu’ ikompli jaghmlu dawn l-oxxenitajiet skond l-agenda personali taghhom. Pero, l-poplu issa ghandu l-FAA u Ghaqdiet Non-Governattivi ohra li qed jieqfu bis-sod ghal din il-kwalita ta’ arroganza. U l-Gvern prezenti jaghmel tajjeb jekk jiccensura darba ghal dejjem lil min zbalja serjament fil-kaz ta’ San Gwann – u ma kellux id-dicenza li jammetti dan u jirrizenja.