Interessanti ħafna l-kumment li t-Times tal-lum tattribwixxi lill-Ministeru ghal Għawdex.
Alternattiva Demokratika permezz tal-kelliemi tagħha għal Għawdex Victor Galea qed tgħid li flok ma jiġi żviluppat wieħed minn l-aħħar spazji miftuħa fir-Rabat Għawdex (Pjazza l-Assedju 1561) ikun aħjar jekk il-Qorti f’Għawdex tmur f”dik li kienet il-fabbrika tal-MMU. Sit li jista’ jiġi żviluppat mill-ġdid u jinkludi fih dak kollu li huwa meħtieġ.
Biex in-nies tinqeda aħjar AD qed tgħid ukoll li għandu jkun hemm shuttle service biex b’hekk jonqsu karozzi. Xi ħadd mill-Ministeru għal Għawdex (li staħa juri ismu) qed jgħid li proposta bħal din iżżid it-traffiku.
B’dawn l-ideat nistgħu nifhmu iktar fejn ser iwassal eco-Gozo !
Mhux aħjar jgħidulna għaliex qed jiġi propost li wieħed minn l-aħħar spazji vojta fir-Rabat Għawdex qed jiġi propost illi jinbena? Ara ftit x’qal Victor Galea u x’jahsbu r-residenti !
http://gozonews.com/featured/safeguard-this-last-open-space-left-in-victoria/