Alternattiva Demokratika u l-Working Time Directive

 

Waqt diskussjoni bit-tema Ewropa Soċjali – Malta Soċjali, Arnold Cassola Chairman ta’ Alternativa Demokratika spjega l-posizzjoni ta’ AD dwar il-Working Time Directive tal-Unjoni Ewropea.

 

Din id-Direttiva tobbliga li għal raġunijiet ta’ saħħa fuq il-poist tax-xogħol ħaddiem ma jaħdmix iktar minn medja ta’ 48 siegħa xogħol ikkalkulati fuq perjodu ta’ sena.

 

Arnold qal li Alternattiva ma taqbilx li Direttiva bħal din tkun tapplika għal Malta minħabba l-pagi baxxi f’dan il-pajjiż. Għax minħabba l-pagi baxxi hi neċessita li ħaddiem ifittex xogħol addizzjonali (part-time) wara x-xogħol normali u dan biex ilaħħaq mal-ispejjes. B’pagi aħjar ikun possibli li wieħed jillimita l-ħin tax-xogħol. Imma sadanittant m’hemmx għażla.