Il-gass Russu w in-Nukleari

jaslovske-bohunice

 

Waħda mill-konsegwenzi tal-krizi dwar il-pipe tal-gass Russu għaddej mill-Ukrajina huwa li numru ta’ pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa iddeċidew illi jħaddmu mill-ġdid reatturi nukleari li  kien waqqfu.

 

L-impjant nukleari f’ Jaslovské Bohunice fis-Slovakkja, 100 kilometru minn Vienna. Dan l-impjant kellu jagħlaq bħala kundizzjoni biex is-Slovakkja tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Hemm fil-fatt referenza speċifika għal dan l-impjant nukleari fit-trattat ta’ adeżjoni. Dan l-impjant kellu jieqaf jopera fl-aħħar ta’ Diċembru 2008, kif fil-fatt għamel !

 

L-Awstrija, pajjiż li ma jaqbilx ma’ l-użu ta’ l-enerġija nukleari, kienet aċċettat li s-Slovakkja tissieħeb fl-Unjoni Ewropea bil-kundizzjoni li jagħlaq l-impjant nukleari ta’ Jaslovské Bohunice.

 

Eva Glawischnig li tmexxi l-Greens Awstrijaċi (Die Grünen) iddeskriviet dan ir-reattur nukleari bħala wieħed mit-tlieta l-iktar perikolużi fl-Ewropa.

 

Sadanittant il-Bulgarija jidher li qed titħajjar biex hi ukoll tħaddem mill-ġdid impjant nukleari tagħha li kellha tagħlaq f’Kozloduy.

 

 

Ara stqarrija tal-EGP – European Greens