George Abela

leaders_hopefuls_jpg

Il-gazzetti tal-lum kif ukoll l-aħbarijiet ewlenin imxandra mill-PBS il-bieraħ fil-għaxija huma kelma waħda : li jidher li intlaħaq qbil dwar l-għażla ta’ George Abela bħala President tar-Repubblika.

 

Din l-aħbar hi waħda tajba, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha għal ħafna żmien. Kien ilu li wasal iż-żmien li dan il-pajjiż joħroġ mil-politika tat-tribujiet Maltin u li partit fil-Gvern jagħżel membru ta’ Partit fl-Opposizzjoni bħala President tar-Repubblika.

 

Kienet xierqa għalhekk l-għażla ta’ George Abela.

 

 

Din l-għażla għandha l-ewwel u qabel kollox tgħaqqad lil Maltin kollha f’pajjiż wieħed u twassal il-messaġġ li l-pajjiż hu ta’ kulħadd. Konsiderazzjoni oħra pero, u importanti daqsha hi li nittama li din id-deċiżjoni tkun l-ewwel minn bosta li twassal għal mod differenti ta’ kif issir il-politika. Fejn it-twemmin politiku ma jibqax ikun ta’ ostaklu biex naħdmu iktar flimkien fl-interess ta’ dan il-pajjiż.