Ilma moħli u perikoluż

 

 rainfall2

Ix-xeni riżultat tal-maltemp li għamel il-bieraħ m’humiex ġodda. Ilna naraw bħalhom. Illum saru ftit iktar spissi.

 

Kull meta tagħmel ftit xita iktar min-normal qed ikollna toroq li ma tkunx tista’ tgħaddi minnhom mingħajr ma tissogra li tagħmel il-ħsara lill-karozza. L-għargħar huwa ukoll ta’ periklu kbir għal kulħadd.

 

Dan kollu huwa monument għall-inkompetenza tal-amministrazzjoni pubblika ta’ pajjiżna. Għaliex għandna l-liġijiet li jekk ikunu osservati dan kollu jew ma jiġrix inkella jseħħ inqas ta’ spiss milli qed iseħħ.

 

Suppost li kull dar kollha bir għall-ilma tax-xita. Suppost ukoll li kull dar ġdida qabel ma tikkomunika s-sistema tad-drenaġġ tagħha mas-sistema pubblika tad-drenaġġ tikseb l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet. Illum il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) hi l–awtorita’ responsabbli għas-sistema tad-drenaġġ. Suppost ukoll li  qabel mal-KSI tħalli li binja ġdida tkun ikkomunikata mas-sistema pubblika tad-drenaġġ tara li kollox huwa sewwa. Fost oħrajn li l-binja ser titfa fis-sistema tad-drenagg pubbliku drenaġġ biss.

 

 

Fil-permessi li toħroġ il-MEPA hemm kundizzjoni dwar il-qies tal-bir li jrid ikollha binja biex fiha jinġabar l-ilma tax-xita.

 

 

Min qed jara li l-bini jsir sewwa ?

 

Jekk m’hemmx bjar fil-bini l-ġdid jew jekk il-bjar huma iżgħar milli meħtieġ hu ovvju li l-ilma tax-xita (kollu jew parti minnu) ser imur fis-sistema pubblika tad-drenaġġ inkella fit-triq !

 

Huwa dan li qed joħloq il-parti l-kbira tal-problema li kien hemm fit-toroq il-bierah. Il-MEPA u l–KSI huma responsabbli ta’ l-inqas għal kemm kibret il-problema fiż-żmien li ilhom jeżistu.

 

Il-problemi ewlenin huma tnejn : dik ta’ periklu għal min juża t-toroq u ta’ ħela ta’ kwantita kbira ta’ ilma.

 

Hemm xi ċans li xi darba jkollna tmexxija serja ?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s