Charlo Bonnici u t-triq tal-Għadira

ghadira-nature-reserve

Charlo Bonnici Membru Parlamentari f’isem il-PN il-bieraħ fil-Parlament qal li l-Gvern għandu jirrikonsidra l-pjani tiegħu għal triq ġdida fl-Għadira. Fid-diskors tiegħu emfasizza l-impatt tal-proġett kemm fuq il-villaġġ Daniż kif ukoll fuq ir-riżerva naturali.

Tajjeb li l-opposizzjoni għall-proġett kif maħsub s’issa qed tiżdied u qed tkun sostnuta ukoll minn Membru Parlamentari min-naħa tal-Gvern. M’ghandix dubju li hemm oħrajn fil-PN li jaqblu ma Charlo u li s’issa ħassewhom skomdi li jitkellmu bħalu.

Prosit Charlo.

 

4 comments on “Charlo Bonnici u t-triq tal-Għadira

  1. Min ma jaqbilx ma’ dan il-progett ghandu jitkellem u jaghmel pressjoni qabel ikun tard wisq. Specjalment dawk il-parlamentari illi poplu afdhom bir-responsabilita’ li jirrapprezentawhom. Sfortunatament hafna jippreferu jibqghu passivi, ghas-semplici raguni, li kienu huma stess li vvutaw lil xi whud u minflok dawn ittradew lil istess nies li urew fiducja fihom. Ghandu jkollok opinjoni pero meta nigu ghal decizjonijiet serjismi ghandna nahsbu b’mohhna u mhux b’qalbna. Dak li hu hazin jibqa’ hazin u ghandna jkollna l-kuragg li nghidu li hu hazin.

  2. Hadd m’ghandu jibza’ juri il-principji tieghu, anke jekk isib ruhu f’pozizzjoni antipatka go partit. Hemm bzonn ta’ lobby group li jinforma lill-poplu dwar l-impatti kollha ta’ dan l-izvilupp; jinforma dwar x’inhuma l-alternattivi; jghin lis-socjeta civili tirresisti dak li jaghmel hsara lill-pajjizna.

  3. Dan hu biss progett li hu ghall-interess ta’ xi erbgha tal-qalba. Il-bqija ghadni ma smajt lil hadd jitkellem favur. Il-ministru jrid jitghallem jisma’ il-pariri ta’ nies li jifhmu hafna aktar minnu f’certi oqsma u mhux jibqa ghaddej minn fuq kulhadd qisna qeghdin f xi gungla.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s