Charlo Bonnici u t-triq tal-Għadira

ghadira-nature-reserve

Charlo Bonnici Membru Parlamentari f’isem il-PN il-bieraħ fil-Parlament qal li l-Gvern għandu jirrikonsidra l-pjani tiegħu għal triq ġdida fl-Għadira. Fid-diskors tiegħu emfasizza l-impatt tal-proġett kemm fuq il-villaġġ Daniż kif ukoll fuq ir-riżerva naturali.

Tajjeb li l-opposizzjoni għall-proġett kif maħsub s’issa qed tiżdied u qed tkun sostnuta ukoll minn Membru Parlamentari min-naħa tal-Gvern. M’ghandix dubju li hemm oħrajn fil-PN li jaqblu ma Charlo u li s’issa ħassewhom skomdi li jitkellmu bħalu.

Prosit Charlo.