It-Triq Tal-Għadira

ghadira-nature-reserve

 

Il-Gvern permezz tal-Ministru tat-Trasport Austin Gatt ħabbar il-ħsiebijiet tiegħu dwar il-kostruzzjoni ta’ triq ġdida fl-Għadira wara r-riżerva naturali kif ukoll wara l-villaġġ tad-Daniżi.

 

Intqal li saret konsultazzjoni mal-Birdlife u mal-Management tal-villaġġ Daniż. Tajjeb li saret konsultazzjoni magħhom, imma mal-pubbliku f’Malta s’issa għadha ma saret l-ebda konsultazzjoni. L-ambjent f’Malta la hu tal-Birdlife u l-anqas tal-Management tal-villaġġ Daniż iżda tal-poplu Malti.

 

Li kieku ma tkellmux il-gazzetti ħadd ma kien ikun jaf x’inhu għaddej.

 

 

It-triq kif proposta mill-Gvern ma tistax issir għax tmur kontra l-provedimenti tal-Habitats Directive tal-Unjoni Ewropea. Taħt il-provedimenti ta’ din id-direttiva ir-riżerva naturali tal-Għadira hi diġa dikjarata Special Area of Conservation (SAC). Fl-inħawi tal-SAC ma jista’ jsir xejn li jista’ jkollu impatt fuq l-area protetta. Triq ewlenija bħal dik proposta bil-movimenti u d-dwal li jkollha ser teffettwa l-funzjoni tal-SAC.

 

L-Unjoni Ewropea ma tagħtix fondi għal proġetti li jeffettwaw SACs. Jiġifieri jekk id-Direttorat tal-Ambjent fi ħdan il-MEPA jagħmel dmiru u jipproteġi r-riżerva tal-Għadira t-triq ma ssirx. Jekk min-naħa l-oħra  d-Direttorat tal-Ambjent jagħlaq għajnejh u ma jagħmel xejn, jinstab mod kif l-Unjoni Ewropea tkun infurmata dwar x’qiegħed jiġri f’dan il-pajjiż li fih “bil-kliem” l-ambjent jingħata importanza kbira.

 

 

Jekk tintmiss it-triq eżistenti tal-Għadira, fi ġranet ta’ maltemp, meta jaħkem il-Grigal, dak kollu li hemm fir-riżerva jitkaxkar. Hi it-triq eżistenti li qed tipproteġi r-riżerva.

 

Hemm imbagħad l-effett fuq il-villaġġ tad-Daniżi. Dan inbena bħala faċilita turistika għall-kwiet, f’atmosfera rurali. Il-bini ta’ triq prinċipali kważi ħajt ma ħajt mal-villaġġ ser teqred l-identita ta’ dan il-villaġġ.

 

Hemm ħafna affarijiet oħra x’jingħadu dwar din it-triq pero’ naħseb li dan t’hawn fuq hu l-iktar importanti għalissa.

 

 

2 comments on “It-Triq Tal-Għadira

  1. Mill-paroli ghal fatti hemm bahar jikkumbatti. Isir hafna paroli favur l-ambjent, il-wirt naturali, fuq ir-reponsabilita’ ta’ x’se nhallu lil uliedna. Issa ghalxejn wiehed jeqred, igorr ghax l-elezzjoni ghaddiet u mhux bzonn ta’ voti. Taparsi niltaqghu u niddiskutu, izda man “nitkellmu kemm trid, u niddiskutu wkoll jekk trid, izda fl-ahhar mill-ahhar li nghid jien se jsir. Ikkriepa habib.” Din hi l-atitudni tal-gvern prezenti. Ghad baqa kwazi erbgha snin ghal gudizzju u l-ghazla tal-poplu, sa dak inhar il-poplu jinsa’ u ma jarax hlief Ahmar u Blue. Bl-iskuza tal-progress qed neqirdu lilna nfusna. Sa sky scrapers ghad irridu naraw. Nitilghu kemm nistghu il-fuq halli mbaghad niehdu tisbitha kbira. Ghib ghax-xemx, il-veduti u l-ambjent. Ir-rejba ghal flus u l-poter qed ikun ir-rovina tad-dinja li nghixu fiha. Ahseb ftit habib, dan li trid int……?

  2. Ma nahsibx li nkunqed nizbalja jekk nghid li dik it-triq originarjament kien holom li ssir l-ex ministru nazzjonalista Karmenu Caruana u xi residenti barranin gieghluh jerga` jahsibha.

    Aktar tard l-ex ministru Lorry Sant ukoll ried jaghmilha izda ghal xi raguni biddel fehmtu.

    Ma naghmlux mod li issa bl-iskuza tal-fondi Ewropej il-gvern nazzjonalista ser jghaddas rasu u jibqa` ghaddej. U dak li ma ghamlux ta` qablu meta ma kienx hawn taghrif dwar l-ambjent ser jaghmlu gvern nazzjonalista… u bil-fondi ewropej.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s