Seminar tal-UĦM dwar il-bdil tal-klima u l-impatt tagħha fuq l-impiegi

climate-change 

 

F’isem Alternattiva Demokratika illum attendejt għal seminar organizzat mill-UĦM dwar il-bdil tal-klima u l-impatt tagħha fuq l-impiegi. Ħadt pjaċir nisma’ mhux daqstant lill-kelliema mistiedna daqs kemm lid-delegati tal-Union jitkellmu dwar il-preokkupazzjonijiet ambjentali tagħhom. Il-mistoqsijiet u iktar il-kummenti jixhdu interess f’dak li qed jiġri.

 

Lejn tmiem is-seminar ħadt sehem f’diskussjoni qasira flimkien ma rappreżentanti tal-partiti politiċi oħra. Kienet diskussjoni qasira imma waħda ċivili.

 

Prosit lill-UĦM. Imma hemm bżonn li issa l-Union tibda tieħu interess f’dak kollu li jikkonċerna l-ambjent. Neħtieġu iktar ilħna li jinstemgħu meta jkun meħtieġ.