Il-5 Bozoz ta’ Lawrence Gonzi

bulb_5 

 

Kif tħabbar fil-budget f’data mhux il-bogħod ser nirċievu voucher li jintitolana nġibu 5 bozoz energy savers mill-ħanut tal-għażla tagħna.

Dawn il-bozoz jużaw bejn 66% u 80% inqas enerġija mill-bozoz li aħna mdorrijin nużaw u jibqgħu tajbin għall-użu għall-perjodu ferm itwal.

 

 Issa li l-Gvern beda il-kampanja favur dawn il-bozoz li jaħlu anqas hemm ħtieġa ukoll ta’ kampanja edukattiva dwar :

a)       kemm hu utli li nagħmlu użu minn dawn il-bozoz biex ma naħlux elettriku,

b)       kif niddisponu mill-bozoz li jkunu spiċċaw,

c)       x’għandna nagħmlu meta tinkiser bozza.

 

L-utilita’ tal-użu ta’ dawn il-bozoz m’għandix dubju li jifhimha kważi kulħadd. Mhux ċajta li tifranka sa 80% tal-elettriku li normalment tuża’ biex iddawwal id-dar.

Xi ħaga importanti li s’issa għadu ma ntqal xejn dwarha f’Malta hu kif niddisponu minn dawn il-bozoz energy savers meta jintemm l-użu tagħhom. Dawn il-bozoz fihom ammont żgħir ħafna ta’ merkurju, sustanza perikoluża li insibuha ukoll f’ammont ferm ikbar fit-termometri u l-barometri li għandna minnhom fi djarna. Meta bozza energy saver tispiċċa allura ma tistax tintrema mal-iskart normali u dan biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-merkurju li hu meqjus bħala hazardous waste. Jiena naħseb li l-WasteServe, l-aġenzija tal-Gvern li tieħu ħsieb l-immaniġjar tal-iskart għandha teduka u tinforma lill-pubbliku ta’ x’għandu jsir f’dan ir-rigward.

 

Meta tinkiser bozza m’għandniex nallarmaw ruħna. Kif jgħidu l-esperti f’pajjiżi oħra huwa importanti li meta tinkiser bozza nagħtu ċans lit-trab tal-merkurju joqgħod, jiġifieri li ma jkunx għadu fl-arja u b’hekk ma nassorbuhx man-nifs. Id-Dipartiment tal-Ambjent Ingliż fil-fatt jirrakkomanda li l-kamra li fiha tinkiser bozza energy saver għandha tkun evakwata għal 15-il minuta. Nistenna li l-awtoritajiet f’Malta jispjegaw b’mod iżjed ċar x’għandu jsir

Issa li l-Gvern iddeċieda nittama li jibda kampanja pubbliċitarja ta’ tagħrif biex b’hekk kulħadd ikun infurmat u kulħadd ikun jaf kemm jaqbel nużaw il-bozoz energy savers, kif niddisponu minnhom u x’għandu jsir jekk tinkiser bozza.

 

Ara ukoll dawn il-links :  BBC        u      DEFRA     

 

 

2 comments on “Il-5 Bozoz ta’ Lawrence Gonzi

  1. Huwa gest tajjeb illi l-gvern jiehu l-inizjattivi biex jinkoraggixxi uza ahjar ta’ energija alternattiva li lkoll nibbenifikaw minnha.
    Niddejjaq illi nkun negattiv, pero minkejja kulhadd jilmenta fuq il-hela li hawn f’dan il-pajjiz jiddispjacini ninnota illi ghadek tara toroq mixghulin mal-gurnata.
    Kuruturi u kmamar fl-isparijiet jixghelu full blast ghalxejn meta hemm dawl bizzejjed ma tul il-gurnata.
    Xi toroq filghaxija jistghu jinxtelu b’riflectors specjali u jintfew xi bozoz ma xi gharbli f’dawk it-toroq li ma jpassux nies. Ghad hemm hafna xi jsir, u jrid jghamel sfors kulhadd minn fuq s’isfel.

  2. Minn flok il-bozoz ahjar il-Gvern jinvesta fis-Solar Energy. Bhal issa hawn dwal tat-toroq li jahdmu biss bis-Solar. Dawn ghandhom riserva ghall-tliet ijiem minghajr xemx u li kieku ara kemm niffrankaw minn dawn biss!
    Illum is-Solar avvanzat hafna u ser tavvanza aktar, pero il-Gvern li ghandna ftit jew xejn qieghed jiehu passi biex jimxi maz-zmien. Mohhom biss kemm ser jaghmlu progetti biex ……….(deleted) u jkomplu jkissru lill-Malta aktar ma hi mkissra.
    L-isfortuna hi li hemm salt avukati jmexxu l’pajjiz u li dawn ma’ jifhmu xejn fl-inginerija u fit-tmexxija, b’hekk il-pajjiz ser jkompli jmur lura u aktar lura!
    Fdan il-pajjiz kullhadd jrid jippoppa sidru u jidher sabih, u hadd ma jifhem fil-vera bzonnijiet ta’ pajjijzna u tal-poplu taghna. Ghalhekk pajjizi ohra javvanzaw qabilna u jigru bina fl-Energy Conservation, minn barra affarijiet ohrajn ta’ importanza kbira.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s