Ilma li qed jintrema

wwtp04

Fausto Majistral, li b’mod anonimu jikteb fil-blog intitolata Malta, 9 Thermidor il-bieraħ għoġbu jsemmini fil-post tiegħu intitolat Muscat’s proposal to reduce your bills.

 

Huwa hu jirriproduċi l-proposti li l-Kap tal-Opposizzjoni għamel waqt id-diskussjoni dwar il-budget fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u wara jikkummenta fuqhom qal hekk :

 

The country produces 20,000,000,000 litres a year which is treated and thrown away in the sea. We should invest in system that enables us to reuse this water. This would lead to the production of more water and waste less energy.

I don’t know the source of this number and 20 billion litres of water seems to be a little overestimated. The subject is often a matter of complaint on the blog of Carmel Cacopardo (see, for example, here) which complaints often neglect two points. First, that the water from sewage treatment plants would need a polishing plant to render it useful even for agricultural purposes by, amongst other things, removing the salt content. Second, never underestimate the difficulties of getting water to agricultural sites were it is needed. Both points of concern require investment hence money.

 

Il-kummenti ta’ Fausto Majistral juru li m’huwiex infurmat sewwa. La semmieni, ħa nispjegalu ftit.

L-ewwel nett : iċ-ċifra ta’ 20 biljun litru ilma. Minn fejn ġieb din iċ-ċifra l-Kap tal-Opposizzjoni ma nafx. Imma fuq il-fact files tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hemm miktub li matul il-perjodu Awwissu 2006-Lulju 2007 ġew prodoti 30,306,179 metri kubi ta’ ilma għall-konsum,  ċjoe ftit iktar minn 30 biljun litru. Jiġifieri ċ-ċifra tal-Kap tal-Opposizzjoni hi pjuttost ftit konservattiva !

It-tieni : Fausto jgħid li jiena qiegħed ninjora żewġ punti, li l-ilma jeħtieġ iktar tindif (polishing) biex ikun jista’ jintuża u li dan jiswa l-flus. Jgħid ukoll illi hemm spiża  kbira  biex l-ilma jitwassal għaż-żoni agrikoli fejn jista’ jintuża.

It-tweġiba lill-Fausto hi waħda sempliċi. Il-proġett tat-tisfija ta-drenagg kien iddiżinjat sempliċiment bħala wieħed biex ikun jista’ jintefa ilma mhux maħmuġ fil-baħar – obbligu li Malta daħlet għalih mhux biss bħala riżultat tas-sħubija fl-EU iżda ukoll bħala firmatarja ta’ wieħed mill-protokolli tal-Konvenzjoni ta’ Barcellona ! Setgħa kien ddiżinjat b’mod differenti, b’mod li jagħti każ ir-realta’ Maltija ta’ nuqas ta’ ilma u li per konsegwenza kull qatra li hawn jeħtieg li nieħdu ħsiebha. Jeżistu impjanti ferm iżgħar minn dawk li qed jintużaw f’Malta li kienu jkunu addattati biex l-ilma jkun ippurifikat fiż-żoni agrikoli mill-ewwel, viċin fejn hu meħtieġ l-ilma. B’hekk kienu jkunu evitati l-ispejjes li qed jgħid Fausto kif ukoll jinqata’ l-użu tal-ilma li qed jittella mill-pjan permezz tal-boreholes.

Dwar l-ispejjes biex l-ilma jkun ippurfikat iktar, dawn diġa saru. Fil-fatt f’dikjarazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ppubblikata fuq Di-ve News  nhar it-2 ta’ Lulju 2008 jingħad hekk dwar l-impjant f’Għawdex :

“ …… the treatment plant has an existing potential to further treat the effluent using sand filtration and chlorination up to irrigation standards. ……………” 

Is-sekwenza tal-artikli li dehru fuq di-ve news hi din :

1 ta’ Lulju 2008 : AD calls for transparency in public tendering

2 ta’ Lulju 2008 : WSC defends sewage technology 

7 ta’ Lulju 2008 : AD insists treated water has value

Tista’ tara ukoll is-segwenti artikli f’dan il-blog :

4 ta’ Lulju 2008 : L-ilma mormi l-bahar

7 t’Ottubru 2008 : Impjant iehor ghat-tisfija tad-drenagg fil-Mellieha