Il-basktijiet tal-plastic

plastic_bags_trees2_web

 

Il-basktijiet tal-plastic ser ikollhom taxxa ta’ 15-il euro ċenteżmu. Tal-ħanut irid jiġbor il-ħlas, ma jistax jibqa’ jagħti l-basket tal-plastic b’xejn.

 

Il-Ministru Fenech qalilna li ma jridx il-15-il euroċenteżmu iżda li jieqaf l-użu tal-basktijiet tal-plastic. Il-miljuni li nużaw kull sena.

 

M’hemmx dubju li l-basktijiet tal-plastic huma ta’ ħsara kbira għall-ambjent. Huwa fatt ukoll li ftit wara li ġiet introdotta l-eko-kontribuzzjoni donnu li din indrat u l-użu tal-basktijiet tal-plastic donnu li reġa’ ġie lura għan-“normal”.

 

L-obbligu li jsir il-ħlas għal kull basket tal-plastic jista’ jkun effettiv, sakemm tal-ħwienet ma joħorġux b’xi inizzjattiva oħra li tinnewtralizza din il-miżura.  

 

Nistennew u naraw !

2 comments on “Il-basktijiet tal-plastic

  1. Din farsa ohra tal-gvern prezenti mhux ghajr biss biex jigbor taxxa ohra. Ghax ma jaghtix ultimatum u jwaqqaf l-uzu tal-basktijiet tal-plastic?
    X’se jaghmel fuq il-pjaga tal-fliexken tal-plastic li gew imponuti fuq pajjizna?

    Din mhux bhal tal-karozzi? Allura jekk wiehed jaffordja izomm karozza ddahhan fit-triq, ghax ihallas licenzja ghola jfisser li OK ghall-Ambjent?

    Kemm se ndumu nabbuzaw bl-intelligenza tal-Poplu Malti?
    Poplu ahseb ahjar b’mohhok u mhux aktar b’qalbek ghal xi partit li wara kollox trid tpattih qares ghan-nuqqasijiet taghhom.

  2. Jekk hu veru li t-taxxa hi mahsuba biex taqta l-uzu ta dawn il-boroz u mhux skuza ohra biex jzdied id-dhul tal-gvern, il-Ministru Fenech kien imissu ddedika d-dhul minn din it-taxxa ghal skop partikolari favur l-ambjent.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s