Il-basktijiet tal-plastic ser ikollhom taxxa ta’ 15-il euro ċenteżmu. Tal-ħanut irid jiġbor il-ħlas, ma jistax jibqa’ jagħti l-basket tal-plastic b’xejn.
Il-Ministru Fenech qalilna li ma jridx il-15-il euroċenteżmu iżda li jieqaf l-użu tal-basktijiet tal-plastic. Il-miljuni li nużaw kull sena.
M’hemmx dubju li l-basktijiet tal-plastic huma ta’ ħsara kbira għall-ambjent. Huwa fatt ukoll li ftit wara li ġiet introdotta l-eko-kontribuzzjoni donnu li din indrat u l-użu tal-basktijiet tal-plastic donnu li reġa’ ġie lura għan-“normal”.
L-obbligu li jsir il-ħlas għal kull basket tal-plastic jista’ jkun effettiv, sakemm tal-ħwienet ma joħorġux b’xi inizzjattiva oħra li tinnewtralizza din il-miżura.
Nistennew u naraw !