Mela issa jekk tixtri bicycle ser tieħu lura 15.25% ta’ dak li tħallas. Din hi miżura tajba intenzjonata biex tħajjar l-użu tal-bicycle għal distanzi qosra. Miżura posittiva.
Imma l-bicycle fejn sr ikun ipparkjat ? Ma hawnx bicycle racks biżżejjed. Safejn naf jien ġew istallati bicycle racks f’B’Kara (fi żmien li kien kunsillier Mario Mallia f’isem Alternattiva Demokratika) u f’H’Attard (bl-inizzjattiva ta’ Ralph Cassar – kunsillier ieħor ta’ Alternattiva).
Fit-toroq l-anqas ma għandna sigurta’ biżżejjed għax ftit li xejn għandna cycle lanes. Uħud minn dawk li saru jieqfu ħesrem.
Il-miżura ta’ refużjoni ta’ 15.25% tal-prezz ta’ bicycle hi waħda tajba. Imma hemm ħtieġa ta’ ħafna iktar.
Il-hasra hi li dan il gvern kollox jaghmel nofs qalb.
Mhix mizura hazina izda l-anqas ma titqarben biha. Kienet isbah il-proposta tal-AD li tinghata rota lil kull min jaghlaq 16-il sena. U lanqas ma kienet tigi tiswa hafna flus. Kont nippreferi li jitwaqqaf kumitat permanenti fi hdan l-ADT biex ifassal u jwettaq politika favur ir-roti. Naslu li nahsbu f’progetti infrastrutturali immirati ghal min jirkeb ir-roti? P.ez pont li jaqsam il-wied ta l-Imsida bejn Sta Venera u Tal-Qroqq? Minkejja d-diskors l-anqas m’ghadna wasalna li nibzghu ghal min jimxi u jirkeb tal-linja ahseb u ara kemm hadna bis-serjeta lil min jirkeb ir-rota.
Misura tajba ghal minn joqoghod fil-vicin. Tista timaginani gejja mil-Mellieha u lura? Barra minn hekk hafna ‘anzjani’ bhali ma jsuqux roti.
Jaqbel ukoll li jestendu d-dipartiment ta’ l-emergenza fl-Isptar Mater Dei. Bis-sitwazzjoni tat-toroq taghna, il-mod kaotiku li bih jimxi t-traffiku, in-nuqqas ta’ infurzar tal-ligijiet, ipparkjar bl-addocc, eecc, ikollna bzonnu zgur.
J Falzon
Maria :
Hafna mid-distanzi li nivvjaggaw huma qosra.
Ghal distanzi ikbar hemm bzonn ta’ trasport pubbliku efficjenti. Dan sfortunatament gie traskurat ghal snin twal.
Il-kongestjoni fit-toroq u l-kazijiet jimmultiplikaw tal-azma huma l-konsegwenzi.
Il-mizura ta refund hi tajba imma limitata u ghalhekk mhux se tkun effetiva biex izzied ic-ciklisti. L-anqas l-edeja zbaljata li taghti rota lil kull minn jaghlaq 16 il-sena mihiex ser solvi il-problema. Hemm bzonn ta konsultazzjoni bis-serjeta bejn l-awtoritajiet u ciklisti bl-esperjenza biex jsir pjan ghaqli biex titbidel il-mentalita. L-ikbar biza’ tac-ciklisti huwa it-traffiku u in-nuqqas ta rispett lejn ciklisti minn sewwieqa ta vetturi. Kullhadd jaf li bike lanes kif suppost huma impossibli biex issiru kull imkien minhabba il-limitazzjonijit taghna. Iktar minn refund jew rota b’xejn jew bike lanes ic-ciklisti jixtiequ jaraw Il-ligijiet tat-triq jinbidlu hu jigu enforzati biex jiszalvagwardjaw bis-serjeta id-drittijiet tal ciklisti fit-triq. Meta issir dan nibdu naraw zieda fil-genituri li jafdaw lil-uliedhom bir-rota fit-triq u b’hekk tibda titbiddel il-mentalita dwar l-uzu tar-rota.
Din hi inizzjativa tajba imma mhix kompleta. Inutli tnaqqas il-prezz tar-rota meta t-toroq taghna huma perikoluzi li tuza dan il-mezz tat-trasport. Nixtieq naf minn se jhalli lil uliedu zghar juzaw ir-rota fit-triq. Hemm bzonn ta’ cycling lanes kif suppost li jserrhu ras ic-ciklisti fit-triq. Il-ftit cycling lanes li ghandna ma jilhqux dan il-ghan.
Ikolli nghid li min jahseb li wiehed jista juza ir-rota minnflok trasport iehor, m’huwiex qed ikun rejali.
Kif tista tmur ix-xoghol bir-rota u tasal kollok aghraq…x’ser taghmel, tiehu docca kif tasal..?
It-toroq, mhux ghax m’humiex attrezzati sew, imma ghax ghandna hafna tlajja li jaghmluha difficili issuq rota.
Il-klima l-anqas ma tghin, kemm ix-xita, ir-rih ix-xemx u anki
ix-xemx tizreg fis-sajf…
Ir-rota hi tajba ghad divertiment u l-ezercizzju u m’hiex ser tiehu post l-ebda mezz ta trasport, ghax-xoghol, hawn Malta.
Jien kieku nissugerixxi motorized bicycles. Jizdiedu iz-zoni pedinali, f’zoni kummercjali u hemm ikun hemm lok fejn wiehed jista jikri wahda min-dawn; jitlaq min lok A u jhali r-rota f’lok B jew C.