Impjant ieħor għat-tisfija tad-drenaġġ fil-Mellieħa

 

Tlesta impjant iehor għat-tisfija tad-drenaġġ. It-tieni wieħed minn tlieta. Qiegħed fil-Mellieħa fl-inħawi ta’ Popeye Village. Jgħidulu Anchor Bay. Iżda mill-Mellieħin magħruf bħala l-Prajjiet !

Bħalma ġara fil-każ tal-impjant t’Għawdex, l-ilma msaffi qed jintefa l-baħar. Ftit il-fuq, fiċ-Ċirkewwa hemm imbagħad impjant tal-RO (Reverse Osmosis) li jerġa’ jiġbor l-istess ilma mill-baħar biex jippreparah ħalli jkun tajjeb għax-xorb. L-istess jiġr ftit kilometri l-isfel, f’Għar Lapsi, fejn hemm impjant iehor tal-RO !

Hemm bżonn naħsbu ftit iktar fil-fond bħala pajjiż fuq il-politika dwar l-ilma. Ma nistgħux nibqgħu nħarsu sa mneħirna. Din tal-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ fl-opinjoni tiegħi hi biċċa xogħol oħra li saret minn sieqha. Min fassal is-sistema ikkunsidra biss li l-ilma li jintefa l-baħar ma jniġġisx. Allura fil-prattika waħħal filter fit-tarf tas-sistema tad-drenaġġ. Din insejħula “end of pipe solution“.

Kien hemm bżonn ftit iktar ħsieb. Fi ftit kliem kien hemm bżonn li jinstab mezz utli għall-ilma msoffi. (Probabilment li biex ikun jista’ jintuża l-ilma jkollu bżonn jgħaddi minn iktar proċessi biex jitnaddaf iżjed u dan b’mod li jkun tajjeb għall-użu ppjanat.)

Pajjiż ieħor, Singapore, għandu problemi li jixbħu lil tagħna dwar l-iskarsezza tal-ilma. Fi ftit snin oħra jagħlqihom iż-żmien stabilit f’wieħed mit-trattati li għandhom mal-Malasja biex tipprovdihom bl-ilma tajjeb għax-xorb. Il-Malasja hi lesta li ġġedded dan it-trattat imma bi prezz finanzjarju għoli hafna. Il-politiċi ta’ Singapore fasslu pjan li tul medda ta’ snin jissostitwixxu l-ilma impurtat mill-Malasja.

Dan ser jagħmluh fost ohrajn billi jieħdu ħsieb jiġbru iktar l-ilma tax-xita kif ukoll billi l-ilma tad-drenaġġ jissaffa b’mod li jkun tajjeb għax-xorb.

U aħna f’Malta, fl-għerf kollu tagħna narmuh il-baħar. L-ispiza imbagħad tinġabar b’rati għola għall-konsum tal-ilma! Fl-istess ħin l–awtoritajiet iħallu lil min jiflaħ jieħu l-ilma tal-pjan u jbiegħu bil-bowsers !

Sakemm jibqa’ s-serq tal-ilma tal-pjan u l-bejgħ tiegħu bil-bowsers ħadd m’hu ser jitħajjar jibda jagħmel użu mill-ilma tad-drenaġġ imsaffi. Għax, ngħiduha kif inhi : għalfejn tħallas għal dak li tista’ tieħu bl-irħis jew tant aħjar b’xejn !

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s