Illum il-5 t’Ottubru ……….. Jum l-Istudent ……… Jum il-GWU

Dan il-Jum huwa għalija marbut mal-5 t’Ottubru 1977, Jum l-Istudent.

Ifakkar il-ġrajjiet ta’ dakinnhar. Meta studenti tal-Mediċina li inqabdu fin-nofs fit-tilwima bejn il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista u t-tobba intrabtu bil-ktajjen mal-ħadid tal-Berġa ta’ Kastilja biex jipprotestaw kontra l-għeluq tal-Iskola Medika u l-effett li dan kellu fuq l-edukazzjoni tagħhom.

Ifakkar in-numru kbir ta’ studenti  li tlajna minn Tal-Qroqq lejn il-Belt b’appoġġ u r-reazzjoni vjolenti tal-Pulizija.

Żminijiet oħra li għalina li konna hemm u għaddejna minnhom żgur li l-anqas noħolmu bihom ma nixtiequ. Għal dawk li ma kienux hemm diffiċli li jifhmu.  

Illum huwa ukoll Jum il-GWU. Ifakkar meta din il-Union twaqqfet fl-1943, 65 sena ilu. Jum importanti u ta’ riflessjoni għal Union li flimkien ma kontribut posittiv qawwi għamlet ukoll żbalji kbar fil-passat. Ovvjament inħarsu l-quddiem b’tama li l-iżbalji ma jirrepetux ruħhom.

One comment on “Illum il-5 t’Ottubru ……….. Jum l-Istudent ……… Jum il-GWU

  1. Ghalkemm wiehed jittama li grajjiet koroh bhalma semmejt int ma jirrepetux ruhhom tajjeb li niftakru fihom. Ghalkemm kont zghir wisq biex niftakar il-kaz ta` l-istudenti, din il-grajja intuzat bhala propoganda mill-PN fl-elezzjoni tal-1981 u ohrajn li saru wara.

    Wiehed jittama li l-Partit Laburista illum infatam minn dawn il-grajjiet li grazzi ghal Alfred Sant donnu li l-partit warrab dawk it-tip ta` elementi. Ghalhekk wiehed jinkwieta li xi delegati ghadhom jippreferu jeleggu xi eks ministru ta` dawk iz-zminijiet milli xi pesuna li tichad dawk l-atteggjamenti.

    Dwar il-GWU ghal xi zmien ukoll kienet tifforma parti minn din l-ideja u kienet tqis lil min kien jopponieha bhala parti minn xi forza ‘reazzjonarja u konservattiva’.
    Jidher li dawn l-ahhar hmistax il-sena il-GWU tghallmet mill-izbalji tal-passat.

    Dan li qed insemmi ma ghandux jigi nterpretat bhala xi skeletru mill-armarju izda sabiex wiehed jitghallem minnhom. Bhalma wiehed lanqas ma ghandu jinsa is-snin sittin tad-dnub il-mejjet u jittama li l-Knisja tghallmet minn dawk l-izbalji wkoll. Ma ghandiex tiddejjaq tikkundanna id-dnub u mhux il-midneb.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s