Riforma tal-Kunsilli Lokali : Proposti ta’ Alternattiva Demokratika

 

 

Illum delegazzjoni ta’ Alternattiva Demokratika immexxija minn Arnold Cassola iltaqgħet mal-Onor. Chris Said Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kunsilli Lokali biex iddiskutiet miegħu r-riformi meħtieġa fil-qasam tal-Kunsilli Lokali.

 

Arnold Cassola ippreżenta lis-Segretarju Parlamentari b’dokument li fih sittax-il proposta dwar is-segwenti :

 

  1. Dritt għall-vot mas-16-il sena,
  2. Estensjoni tat-terminu tal-Kunsill Lokali,
  3. Is-Segretarji Eżekuttivi,
  4. Ir-rwol tas-Sindku,
  5. Ir-responsabbiltajiet tal-Kunsilliera,
  6. Remunerazzjoni għall-Kunsilliera kollha,
  7. Finanzjament tal-Kunsilli Lokali,
  8. Tenders tal-Kunsilli Lokali,
  9. Gvern Reġjonali,
  10. Użu ta’ fondi mill-EU,
  11. Rwol għall-Kunsilli Lokali fil-ħidma tal-MEPA,
  12. Referendum Lokali dwar proġetti li jeħtieġu EIA,
  13. Konflitti bejn il-Kunsilli Lokali, l-Awtoritajiet imwaqqfa b’liġi u/jew Dipartimenti tal-Gvern,
  14. Taħriġ għall-kunsilliera lokali,
  15. Devoluzzjoni tal-edukazzjoni fuq livell lokali,
  16. Bye-laws.

 

Id-dokument sħiħ jista’ jinqara jekk taghfas hawn.

2 comments on “Riforma tal-Kunsilli Lokali : Proposti ta’ Alternattiva Demokratika

  1. Il-Kunsilli Lokali jeziztu ghal skop principali – li jkunu ta’ servizz ghac-cittadin. Ghaldaqstant rigward Nru. 11 t’hawn fuq (Rwol ghall-Kunsilli Lokali fil-hidma tal-MEPA) nipproponi dan: Il-MEPA ma tidholx f’aspetti li ghandhom x’jaqsmu mas-Sigurta ghal Terzi Persuni bhala rizultat ta’Xoghlijiet u Zviluppi ta’ Kostruzzjoni fil-vicin. Min ikun genwinament inkwetat minhabba xoghol hdejn il-propjeta tieghu ikollu fil-fors jiftah Kawza fil-Qrati biex ihares il-propjeta tieghu u (possibilment) hajtu. Dan mhux sew. Fil-Gran Brettanja u xi Stati Amerikani cittadin inkwetat iressaq rapport fil-Kunsill Lokali tieghu u huwa dan li jinvestiga…u jekk l-affarijiet ikun jidher li ma jkunux sew, iwaqqaf ix-xoghol permess ta’ Mandat. Jidhirli li f’Malta wasal iz-zmien sabiex nuzaw il-Kunsilli ghalhekk. Jehtieg li l-Gvern jaghtihom numru ta’ nies professjonali li jkunu kapaci jinvestigaw rapporti u ilmenti imressqa mic-cittadin. Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ghandu jintuza biex dan is-suggeriment jintuza b’mod ekonomiku, trasparenti u effettiv.

  2. 1. Ikun utli li wiehed jikkunsidra jekk l-involviment tal-Partiti politici fil-Kunsilli Lokali jghinx jew ifixkilx. Numru ta’ Individwi validi li ma jkunux jixtiequ “jiccappsu” mal-ebda partit jibqghu bi zvantagg meta jikkontestaw huma bhala indipendenti versus dawk il-kandidati li jkunu qed jigu appoggjati minn xi struttura bhalma hija partit politiku.
    2. Ghandu jitwaqqaf unit specifiku kif jiffacilita applikazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali intizi li jiehdu xi fondi mill-Unjoni Ewropea. Nafu li generalment, il-Gvern jigbed lejh u lejn xi istituzzjonijiet kbar u l-ngo’s bit-tfixkil burokratiku jiehdu l-loqom minn dawn il-fondi.
    3. Nemmen ukoll li f’kull kunsill lokali ghandu jkun hemm unit li jindaga fuq l-operat ta’ ekonomija sewda fi hdan dak ir-rahal jew belt. Unit li jimmonitorja l-attivita kummercjali tal-lokal. Unit li jigbor id-data mehtiega dwar il-lokal inkluz artijiet rurali mitluqa li hadd ma jaf ta’ min huma jew lil min jappartjenu jekk hux il-knisja, gvern bil-qbiela jew individwi privati.
    Dawn il-kunsilli inholqu bl-iskop ta’ decentralizzazzjoni u li jqarrbu l-poter centrali lejn ic-cittadin. Ma nistax nifhem ghalhekk kif ghal hafna affarijiet wiehed ghad ghandu jmur fic-centru ghand it-tali dipartiment governattiv u iehor flok ma jinqeda mill-kunsill lokali tieghu stess.
    Il-Kunsilli Lokali ghandhom jaraw li fost ix-xoghlijiet li jinkarigaw bihom lill-kunsilliera ikun hemm dak ta’ kif jippromwovu fil-lokalita taghhom uzu ta’ energija nadifa u alternattiva anke billi, permezz ta’ fondi mill-UE jaraw kif joholqu incentivi (bhalma jkunu pronti biex jaghmlu xi bye-laws dwar il-parkegg) ghal min jithajjar jaghmel uzu minn apparat ghal energija nadifa.
    Il-Kunsilli Lokali ghandhom iwessghu il-percezzjoni taghhom ta’ x’inhu ambjent. Hafna minnhom jahsbu li l-ambjent jibda u jispicca mal-bankina, triq u gnien pubbliku. Ghalhekk kull Kunsill Lokali ghandu jwettaq moniteragg tal-izvilupp li jkun qed isehh fil-lokalita tieghu u l-MEPA ghandha l-obbligu li tavza lill-Kunsill Lokali b’kull zvilupp li jkun se jsehh fil-lokalita tieghu u tiehu in konsiderazzjoni bis-serjeta l-oggezzjonijiet li jista’ jkollu l-Kunsill (permezz ta’ rizoluzzjoni jew vot) dwar dak l-izvilupp partikulari.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s