Illum delegazzjoni ta’ Alternattiva Demokratika immexxija minn Arnold Cassola iltaqgħet mal-Onor. Chris Said Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kunsilli Lokali biex iddiskutiet miegħu r-riformi meħtieġa fil-qasam tal-Kunsilli Lokali.
Arnold Cassola ippreżenta lis-Segretarju Parlamentari b’dokument li fih sittax-il proposta dwar is-segwenti :
- Dritt għall-vot mas-16-il sena,
- Estensjoni tat-terminu tal-Kunsill Lokali,
- Is-Segretarji Eżekuttivi,
- Ir-rwol tas-Sindku,
- Ir-responsabbiltajiet tal-Kunsilliera,
- Remunerazzjoni għall-Kunsilliera kollha,
- Finanzjament tal-Kunsilli Lokali,
- Tenders tal-Kunsilli Lokali,
- Gvern Reġjonali,
- Użu ta’ fondi mill-EU,
- Rwol għall-Kunsilli Lokali fil-ħidma tal-MEPA,
- Referendum Lokali dwar proġetti li jeħtieġu EIA,
- Konflitti bejn il-Kunsilli Lokali, l-Awtoritajiet imwaqqfa b’liġi u/jew Dipartimenti tal-Gvern,
- Taħriġ għall-kunsilliera lokali,
- Devoluzzjoni tal-edukazzjoni fuq livell lokali,
- Bye-laws.
Id-dokument sħiħ jista’ jinqara jekk taghfas hawn.