Bdil fil-klima

 

Illum flimkien ma Arnold Cassola u oħrajn, għan-nom ta’ Alternattiva Demokratika ħadt sehem f’laqgħa ma’ David Spiteri Gingell, li qed imexxi kumitat imwaqqaf mill-Gvern dwar il-Bdil fil-Klima.

Il-laqgħa kienet waħda pożittiva ħafna li fihom iddiskutejna diversi miżuri li jistgħu jittieħdu mhux biss biex Malta tonora l-obbligi tagħha imma biex ilkoll ikollna kwalita’ tal-ħajja aħjar.

Fi tmiem il-laqgħa AD ħriġna l-istqarrija segwenti :

“  Arnold Cassola, Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika stqarr li Malta għadha lura ħafna fil-miri tagħha, li suppost iwasslu biex fl-2020 Malta tuża 10% ta’ l-enerġija tagħha minn għejjun naturali bħax-xemx u r-riħ u biex nnaqqsu 20% tal-emissjonijiet tagħna ta’ CO2.
Ralph Cassar kelliemi dwar l-Enerġija, Trasport u Industrija qal: Alternattiva Demokratika terġa ttenni l-pjan tagħha għall-inċentivar ta’ enerġija alternattiva – fosthom li jiġu stallati minn 3 sa 4 rdieden tar-riħ fuq l-art, li jiġu introdotti inċentivi għall-installar ta’ pannelli fotovoltajċi b’tariffi speċjali għall-elettriku żejjed li dawn is-sistemi jipproduċu, u programm serju ta’ inċentivi għall-familji biex jistallaw sistemi li jsaħħnu l-ilma permezz tax-xemx. Nemmnu li b’inċentivi tajbin nistgħu nibdew nipproduċu persentaġġ tajjeb ta’ enerġija
minn sorsi alternattivi. AD mhux qed titlob l-impossibbli – hemm diversi mudelli ta’ incentivi li jistgħu jiġu addattati ghal Malta

, fosthom dak Ġermaniż li ġie introdott meta l-Ħodor kienu fil-Gvern ftit snin ilu.

Carmel Cacopardo kelliemi dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Gvern Lokali qal li l-qafas tal-ħidma tal-Gvern fil-kamp tal-bdil tal-klima huwa ġja imħejji fil-Pjan Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, approvat mill-Kabinett fi tmiem is-sena li ghaddiet. Cacopardo zied jghid li biex Malta tilħaq il-miri stabiliti u tnaqqas il-kontribut tagħha lejn il-bdil fil-klima jeħtieġ li bis-serjeta tkun inkoraġġita l-ġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva kif ukoll li jonqsu drastikament il-karozzi mit-toroq. Dan (tnaqqis ta’ karozzi mit-toroq) għad hemm diffikulta biex iseħħ minħabba li minkejja l-infieq ta’ miljuni ta’ liri mit-taxxi li nħallsu l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ma kienx kapaċi jirriforma t-trasport pubbliku wara 4 leġislaturi sħaħ.

 

 

Cacopardo kompla jghid illi huwa meħtieġ li mhux biss ikunu inkoraġġiti forom differenti ta’ transport pubbliku inkluż dak bil-baħar, talli huwa neċessarju li fit-toroq tinħoloq il-wisa’ għall-użu tar-roti b’mod partikolari għal distanzi żgħar.

Il-Gvern għandu l–obbligu, temm jgħid Cacopardo illi jfassal Carbon Budget u jressqu għad-diskusjoni tal-Parlament. Permezz ta’ dan il-Carbon Budget ikun possibli  li jitfasslu miri speċifiċi u kif dawn jistgħu jintlaħqu.”  

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s