F’isem Alternattiva Demokratika attendejt għal seminar ta’ jumejn organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għas-Sindki f’Malta u Għawdex.
F’dan is-seminar saret diskussjoni fit-tul dwar ir-riforma meħtieġa biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu aħjar. Diskussjoni serja li fiha dawk kollha preżenti ilkoll irrikonoxxew il-ġdid akkumulat fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex kemm ilhom li twaqqfu l-Kunsilli Lokali.
Bla dubju ta’ xejn wara 15-il sena esperjenza hemm ħafna x’jiġi intejjeb fil-liġi biex ikunu hemm aġġornament maż-żminijiet, kif ukoll biex l-esperjenzi akkumulati jissarfu f’avvanz għal kulħadd.
Kien jidher ċar imma mill-kummenti ta’ dawk kollha preżenti li l-Awtoritajiet imwaqqfa b’liġi fosthom l-Awtorita’ dwar it-Trasport u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għad ma aċċettawx l-eżistenza ta’ Gvern Lokali. Fil-konfront ta’ dawn kif ukoll ta’ oħrajn il-liġi m’hi ser tagħmel l-ebda differenza. L-attitudi trid tinbidel.
Sadanittant il-ġimgħa d-dieħla Alternattiva Demokratika tħabbar il-proposti tagħha dwar il-Kunsilli Lokali.
Nipproponi li, simili ghal dak li jsir fir-Renju Unit, il-Kunsilli Lokali jibdew jilqghu residenti imhassbin minhabba kostruzzjoni u zvilupp vicin djarhom. Min ikun genwinament preokkupat f’dak li ghandu x’jaqsam mas-Sigurta kemm ta’ hajtu kif ukoll tal-propjeta tieghu bhala rizultat ta’ skavar, twaqqigh ta’ bini u kostruzzjoni gdida fil-vicin, ghandu jsib il-Kunsill Lokali biex jisimghuh u jinvestigaw l-ilment permezz ta’ ufficjali professjonali. Mhux sew li min ikun imhasseb genwinament minhabba l-abbuz ta’ xi zvillupatur ikollu personalment jiftah kawza fil-Qorti – kif illum isir! Huma l-Kunsilli Lokali li ghandhom jaghmlu dan f”isem ic-citaddin. Ghandu jkun hemm grupp ta’ persuni fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali sabiex ighinu lill-Kunsilli f’dan il-ghan.
L-Onor. Prim Ministru pubblikament wieghed li ser jittakilja ‘Safety Issues of Third Parties as a result of Construction Works.’ Inheggu juza l-Kunsilli sabiex jghinuh jaghmel dan. Dan li jistenna li jsir ic-cittadin -jigifieri li l-interess tieghu jigi qabel l-interess ta’ l-izvilluppatur (specjalment meta dan ikun ukoll spekulatur bla razan!)
Jiena nemmen li fuq livell lokali biss kull min ghandu post ta` villegjatura jew tieni residenza ghandu jkollu d-dritt li jivvota ghall-kunsill.