Alternattiva Demokratika w il-Kunsilli Lokali

 

 

 

F’isem Alternattiva Demokratika attendejt għal seminar ta’ jumejn organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għas-Sindki f’Malta u Għawdex.

 

F’dan is-seminar saret diskussjoni fit-tul dwar ir-riforma meħtieġa  biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu aħjar. Diskussjoni serja li fiha dawk kollha preżenti ilkoll irrikonoxxew il-ġdid akkumulat fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex kemm ilhom li twaqqfu l-Kunsilli Lokali.

 

Bla dubju ta’ xejn wara 15-il sena esperjenza hemm ħafna x’jiġi intejjeb fil-liġi biex ikunu hemm aġġornament maż-żminijiet, kif ukoll biex l-esperjenzi akkumulati jissarfu f’avvanz għal kulħadd.

 

 

Kien jidher ċar imma mill-kummenti ta’ dawk kollha preżenti li l-Awtoritajiet imwaqqfa b’liġi fosthom l-Awtorita’ dwar it-Trasport u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għad ma aċċettawx l-eżistenza ta’ Gvern Lokali. Fil-konfront ta’ dawn kif ukoll ta’ oħrajn il-liġi m’hi ser tagħmel l-ebda differenza. L-attitudi trid tinbidel.

 

 

Sadanittant il-ġimgħa d-dieħla Alternattiva Demokratika tħabbar il-proposti tagħha dwar il-Kunsilli Lokali.