Il-qawsalla skond Varist

 

 

Fl-Orizzont illum Evarist Bartolo, Membru Parlamentari Laburista kiteb artiklu intitolat Ħomor u ħodor … iżjed mill-blù!

 

Ma jgħid xejn ġdid iżda jagħmel riflessjoni ftit negattiva : jara l-ħomor u l-ħodor bħala alleati inevitabbli minħabba konverġenza ta’ ħsieb fuq materji bħall-ġustizzja soċjali, żvilupp ekonomiku, l-ħarsien ambjentali u l-libertajiet ċivili. Dan jiddikjarah fil-kuntest ta’ għan dikjarat li l-PN ma jkunx fil-Gvern.

 

Huwa dibattibbli jekk hux veru jew le li hemm konverġenza ta’ ħsieb. Għax huwa biss issa li l-MLP qed jitkellem fuq issues li ilhom snin esklussivament fuq l-aġenda politika ta’ Alternattiva Demokratika. L-MLP għal snin sħaħ ipprefera li joqgħod ħalqu magħluq għax beża li jitlef il-voti. U issa qed jiftah ftit ħalqu bit-tama li jappella għal dawk li jivvutaw AD. Kwistjoni ta’ konvenjenza pura, u xejn iktar.

 

Varist ma jitkellimx fuq materji importanti. Per eżempju ma jgħid xejn dwar il-fatt li l-Partit Laburista qabel mas-sistema elettorali preżenti sakemm ħaseb li jista’ jiggwadanja minna hu ! L-emendi kostituzzjonali ta’ qabel l-aħħar elezzjoni li bihom ġiet iggarantita l-proporzjonalita stretta liż-żewġ partiti (PN u MLP) u injorat lill-bqija saret bil-kunsens unanimu tal-MLP, inkluż bil-vot ta’ Varist fil-Parlament. Jiġifieri s-sistema elettorali preżenti m’hiex responsabbilta’ unika tal-PN iżda miegħu għandu l-MLP kompliċi fil-beraħ.

 

Għax minkejja dak li jgħid Varist l-MLP bħal PN jemmen f’sistema bi-polari. Jiġifieri sistema li tħalli spazju għal żewġ partiti biss. Għalhekk qed jirreferi meta jgħid “nemmen li jiena leħen fid-deżert”.

 

X’tiswa proposta ta’ alleanza programmatika meta din tiġi minn ħdan partit li kontinwament bil-mod kif jaħdem jippreżenta ruħu bħala l-uniku leħen alternattiv : jew miegħu jew kontrieh ?

 

Fl-elezzjonijiet għall-Parlament  Ewropew ta’ 4 snin ilu Alternattiva Demokratika kisbet 23,000 vot u fl-aħħar elezzjoni ġenerali ftit iktar minn 3,800 vot. Dawn huma kollha voti li jirrikonoxxu li AD għandha identita tagħha, differenti minn dik tal-Partiti l-oħra.

 

Jiġifieri l-ewwel pass li jridu jagħmlu l-partiti l-oħra huwa li jirrikonoxxu dan u ma jibqgħux għaddejjin b’politika li tbeżża’. Huwa inutli li nitkellmu fuq il-pluraliżmu jekk fejn l-iktar meħtieġ, jiġifieri fil-Parlament, l-MLP u l-PN jibqgħu jagħmlu minn kollox biex joħonquħ.

5 comments on “Il-qawsalla skond Varist

  1. Analizi tajba. Importanti li AD tkun miftuha ghal kooperazzjoni imma importanti ukoll li min dejjem ghamel il-barrikati ghal zvilupp demokratiku ta’ veru f”pajjizna …u hawn npoggi lill- PN u ‘l-MLP fl-istess keffa: ir-riformi elettorali li ftehmu bejniethom dejjem kienu fuq kif min igib l-aktar voti ANKE JEKK TAHT IL-50%+1 jsaltan wahdu… jinduna li jrid jaghmel l-ewwel pass u jahdem biex izrma l-barrikati

  2. la evarist jemmen veru li ahna a.d. li l pulitka taghna hi qaddisa u iktar tajba kull ma jrid jaghmel ikun kurraguz, jitlaq lil mlp u jidhol membru fl-ad u jipprattika l-veru demokrazija pulitka.

  3. Ghalkemm nahseb li MLP jekk irid l-alleanza mal-AD ghandu jahdem aktar ghaliha billi per ezempju jippressa halli is-sistema elettorali tkun aktar gusta lejn realtajiet politici godda, pero jien kieku nkun ftit iktar posittiv fuq dan l-invit ta’ Evarist Bartolo. Il-fatt inkwietanti huwa li l-MLP mhux Evarist Bartolo jew Joseph Muscat biss … hemm nies ohra li nghid ghalija l-elezzjoni taghhom f’karigi ufficjali fl-ezekuttiv tal-MLP darsittni ftit. Imma jibqa’ l-fatt illi sabiex jsiru ir-riformi liberali li hemm bzonn sabiex Malta tkun tabilhaqq pajjiz Ewropew jehtieg illi il-vot ta kull min ihossu liberali ma jibqax imur ghand il-PN. Nahseb li Alleanza hamra-hadra tista’ taghmel dan possibbli. Ovvja li l-ewwel pass irid ikun sistema elettorali li ma tibqax tippremja id-duopolju. Jien nahseb li wiehed ghandu jkun hafna aktar miftuh lejn l-invit ta’ Varist …

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s