Il-Mepa u Ħal-Lija

 

Il-Bord tal-MEPA illum iddeċieda li joħroġ ordni ta’ konservazzjoni għall-inħawi ta’ madwar it-Torri fi Vjal it-Trasfigurazzjoni. Pass tajjeb li isewwi wieħed mill-ħafna żbalji li saru fir-renju ta’ George Pullicino u Andrew Calleja.

Pero dan mhux biżżejjed.

Dan l-iżball huwa dwar il-mod kif saru l-Pjani Lokali.

Iċ-Chairman il-ġdid, Austin Walker jagħmel tajjeb jekk jara ftit ir-rapport tal-Awditur tal-MEPA dwar il-Pjani Lokali. Dan ir-rapport kien ukoll sostanzjalment ikkonfermat mill-Ombudsman. Jitfa dell kbir fuq il-validita’ tal-proċess tal-pjani lokali. Fuq affarijiet (proposti) li żdiedu fil-pjan “wara” l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika bi ksur ta’ dak li jipprovdi l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp.

Flok ma jieħu passi bil-biċċa l-hawn u biċċa l-hemm is-Sur Walker jagħmel tajjeb jekk jibda l-proċess biex isewwi l-izbalji l-kbar tal-pjani lokali.