Tat-Turiżmu b’liġi għalihom !

 

 

 

Fi tmiem il-ġimgħa  ġie rappurtat fil-gazzetti dak li qal fil-Qorti iċ-Ċhairman tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA).

 

L-MTA trid, qal Sam Mifsud illi ż-żid il-faċilitajiet tad-divertiment fit-tramuntana tal-pajjiż u għal dan l-iskop għandha politika li tiżviluppa l-kosta.

 

U għalina, n-nies il-komuni x’ser jibqa’ ? It-turiżmu ma ħax biżżejjed mill-kosta ? U mbagħad ma jaħsibx is-Sur Mifsud li qabel ma jibda jfajjar illi jkun aħjar li jara li dak li jgħid jaqbel mal-politika ambjentali tal-pajjiż – dik il-politika jiġifieri li Malta kella taddotta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ?

 

Għax meta tisma’ lil tat-Turiżmu jitkellmu taħseb li dawn għandhom liġi għalihom. Ħarsu per eżempju lejn il-każ tal-Mistra (ta’ l-art ta’ Jeffrey Pullicino Orlando, jiġifieri). L-MTA  qed tgħid li taqbel mal-iżvilupp propost. Qiesu id-Direttiva tal-EU dwar il-Habitats ma tapplikax fejn jinteressa l-MTA. Skond din id-Direttiva niftakru illi f’art li hi protetta bħal dik tal-Mistra, fiha ma jista’ jsir l-ebda xogħol. L-anqas ma jista’ jintmiss ħajt tas-sejjieħ. Aħseb u ara dak li kien propost.

 

Tista’ l-MTA ikollha liġi għaliha ?

 

U bilħaqq, l-MTA tiftaħar li trid turiżmu sostenibbli !

 

Ma nagħti tort lil ħadd jekk wara dan kollu nikkonkludu li l-pajjiż ikun aħjar mingħajr l-Awtorita’ tat-Turiżmu !

Advertisements

4 comments on “Tat-Turiżmu b’liġi għalihom !

  1. Naqbel ma’ l-idejat ta’ l-artiklu. Il-poplu qed jitlef hafna grazzi ghall-importanza li t-turizmu dejjem inghata hawn Malta! Art pubblika inghatat ‘for a song’ lil dak jew lil dawk sabiex jibnu Lukandi, etc. fl-ahjar u l-isbah postijiet. Il-Maltin qeghdin direttament jissussidjaw parti kunsiderevoli ta’ l-ispejjez konnessi mat-Turizmu. Hemm min jghid li Lukandi prominenti ghandhom hafna kontijiet pendenti ta’ Dawl u Ilma. Nammetti li ma nafx dan huwiex veru. Forsi l-MTA tinfurmana pubblikament.
    Is-Sur Sam Mifsud u l-MTA imisshom jassiguraw li f’postijiet Turistici (ez: Sliema, Qawra) ma jsirux xoghlijiet ta’kostruzzjoni fis-sajf…u bix-xoghol jibda fis-6.30am ezatt wara lukandi bit-turisti ghadhom reqdin! U, haga ta’ l-iskantament dan l-ahhar fil-Qawra sar xoghol ta’ Kostruzzjoni goff fi blokk ta’ flata meta kien hemm it-Turisti go fih! Jekk is-Sur Mifsud irid aktar dettalji lest li naghtihomlu – ghax jien nemmen fl-importanza tat-Turizmu ghalkemm m’iniex lest li ninbela kompletament minnu! Hemm bzonn li l-MTA jara li hnizrijiet bhal dawn ma jsirux!
    s-sur Mifsud u l-Malta touris

  2. First of all I would like to second your comments on Sam Mifsud. I am ashamed that someone so irresponsible is the chairman of the Malta Tourism Authority . I mean to defend the report that was in favour of the Mistra development is dishonorable.

    In my opinion instead of focusing on the north, he should try and restore Valletta. My dream would be to renovate the city the same way the Poles did to the City centre of Warsaw. Both locations where made protected sites in the World Heritage List. Valletta is supposed to represent a masterpiece of human creative genius, but instead Sam Mifsud prefers to develop Mistra.

    Good to know the chairperson has his priorities straight!

    Andre Vella
    ADZ Green Youth

  3. Naqbel mal-kummenti taghkom. Il-hasra f’Malta hi li jsiru ligijiet tajbin u meta jgergru n-nies fuqhom nghidulhom li hekk hemm bzonn isir ghall-gid tal-pajjiz, imma mbaghad meta tidhol fin-nofs xi ras kbira, jew anke istituzzjoni tal-gvern, nibdew naraw il-ligijiet jitghawgu aktar mil-lastiku. Jien nemmen li meta ssir ligi l-ewwelnett din ghandha ssir fid-dawl tal-;ligijiet u l-policies l-ohra tal-pajjiz. Imma meta ssir, kull bidla ohra, ligi gdida jew proposta trid issir fid-dawl ta’ dik l-ewwel ligi. Inkella jkolli nasal ghall-konkluzjoni li jew dik il-ligi kienet hazina, jew saret biex tohloq inkonvenjent lil xi ftit nies, jew li l-ligijiewt ma jghoddux ghal certi nies. Mela post, xi 100 metru ‘l boghod mill-pjazza tar-rahal lanqas jistghu jitnehhewlu x-xorok biex minflok isir saqaf tal-konkos biex ikun jista’ jintuza bhala centru tad-duttrina ghat-tfal, imbaghad nibnu l-Mistra, b’dak kollu li jigi wara. Mela min ghandu post antik fi pjazza lanqas jista’ jaqla’ l-faccata biex inaqqas l-umdita, imbaghad nigu nibnu l-kosta!

    Ejja ma nkomplux nidhku bina nfusna ghax ikolli nghid li ghandna pajjiz tal-Mickey Mouse u Banana Republic, fejn min hu b’sahhtu jhawwel u l-kumplament jithawwel!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s