Fil-ġranet li ġejjin bil-mod jinħema l-futur tat-Tarżna.
Il-Gvern iddeċieda (a bażi ta’ rapport li qed jgħid li għandu) kemm irid ikun in-numru ta’ ħaddiema li jkollha t-Tarżna biex tkun attraenti għal xerrej prospettiv. Minn 1,600 illum trid tinżel għal madwar 700 qal il-Ministru. Kif ir-rapport wasal għal din il-konklużjoni diffiċli tgħid sakemm ir-rapport ma jkunx pubbliku. Ħaġa li s’issa għad ma saritx.
Kif tista’ tasal għall-aħjar daqs ta’ labour force meħtieġa meta m’huwiex magħruf min hu interessat li jieħu t-Tarżna f’idejħ ? Dan iwassal għal konklużjoni waħda : in-numru ta’ ċirka 700 ħaddiem huwa biss eżerċizzju indikattiv li fil-prattika ma jfisser xejn. Jiena qiegħed niskarta l-unika alternattiva li jibqa’, jiġifieri li n-numru 700 huwa indikat minn xi kumpanija jew kumpaniji li huma interessati fit-Tarżna.
Jekk allura in-numru ta’ 700 ħaddiem li għandu jkollha t-Tarżna huwa biss indikattiv ma jagħmilx sens illi f’dan l-istadju, meta għadu kmieni l-Gvern jasal għal konklużjonijiet . Safejn naf jien ħadd għadu ma jaf mhux biss min huma l-kumpaniji interessati, iżda ukoll xi pjanijiet għandhom għat-Tarżna. Is-snajja’ li għandhom bżonn huma magħrufa imma n-numru jddependi mix-xogħol u l-kwantita tiegħu li s-sidien il-ġodda ser iġibu.
Ilu magħruf żmien (minn qabel ma Malta issieħbet fl-Unjoni Ewropeja) illi wara l-31 ta’ Diċembru 2008 ma jistax ikun hemm iktar sussidji għat-Tarżna, tant li waqt il-kampanja elettorali għall-elezzjoni ta’ Marzu 2008 kienu ċari il-posizzjonijiet tal-partiti :
PN : kwiet u kliem mill-inqas ħlief li m’huwiex ser ikun hemm downsizing (ċjoe tnaqqis),
MLP : li jinnegozja perjodu transitorju ġdid mal-Unjoni Ewropea; dan ovvjament għax l-MLP dehrlu li l–Gvern immexxi mill-PN ma għamilx użu tajjeb mill-perjodu transitorju,
AD : l-Appeldore report tas-snin 90 huwa l-mudell li fuqu trid titfassal is-soluzzjoni għall-problema Tarżna u dan billi l-ħaddiema li ma jkunux meħtieġa għal xogħol fuq il-vapuri jinstabilhom xogħol alternattiv u produttiv.
Din hi s-sitwazzjoni illum. Is-soluzzjoni teżisti u ma tinvolvix spejjes ikbar milli l-Gvern qiegħed jipproġetta. Li hemm bżonn hu rieda tajba li sfortunatament mhux dejjem tidher li qegħda hemm.
Ħaġa waħda hi ċara : jekk il-problema ma tissolvix m’hu ser jirbaħ ħadd. Ser jitlef kulħadd. Jitlef il-pajjiż, jitilfu l-ħaddiema tat-Tarżna u titlef il-Union.
Iżda hu possibli li jirbaħ kulħadd madwar il-mejda. Dan jista’ jsir biss wara li jiġi mwarrab it-theddid u l-paroli vojt li qed jiġi sparat minn kull naħa.
Perit
Tiskanta b’xejn kif il gvern wasal ghal din ic cifra li jzomm 700 haddiem. Ha nghidlek jien fil qosor ghalfejn. Int taf daqsi li il partit nazzjonalista ilu min zmien fenech adami ried li jeqred darba ghal dejjem it tarznari. U dan taf ghaliex. It tarznari huma jew ahjar kienu fortizza laburista u tal gwu. Irnexxilu ikissirhom ghax sab lil partit tal mlp u il gwu daghjfa. Issa b’dan in numru ta haddiema li qied jghid li hemm bzonn ghalih huwa bizzejjed li jkun jista jaghmel u jimmanipulhom kif irid anke jekk il privatizzzjoni ma sehx. Ir rapport li kienu ghamlu ta l-appledore jiena kont ghadni hemm u nghidlek li wiehed minnhom anke kien il manager tieghi. Imma kif ghid tajjeb int qatt ma gie segwit. Nixtieq li ghandi opportunita li nghid lill eks shabi biex ma jaqghux ghan nasba tal gvern kif gara lili ghax alla wahdu jaf kemm jghaddu min martirju kif ghaddej jiena jekk jaslu biex minghalihom ser isibu xi xoghol iehor. Is somma tispicca u jispicaw jimirdu bxi breakdown iktar u iktar jekk ghandom it tfal zghar. U jien naf x’qied nghid ghax ghaddej minnu. Ghandom jibqu maghqudin u ma jirrikorrux ghal ebda skema. Hawn malta trid tigri xi haga u ma nistghux nibqu sejjrin hekk. Malta kwazi inbieghet kollha. U dan kollu jahti il partit laburista tas sitwazzjoni li il poplu jinsab kif inhu. Ghax li kieku alfred sant ma webbisx rasu u mar ghall-elezjoni bikrija ma konniex naslu fejn qeghdin ghax ghalija sejjrin ghal ghar u malta spiccat igawdu biss il klikkek tal partiti biss u ma jimpurtahomx min hadd. Il-lum donnu ghadna partit wiehed biss ghax anke il mlp jekk trid issejjahlu hekk spicca qied jaqbel f’kollox mal partit nazzjonalista. Ghal-lum daqshekk.