AD u l-White Paper dwar il kera

 

Illum, kmieni wara nofsinnhar iffurmajt parti minn delegazzjoni ta’ AD li tlaqgħet ma John Dalli, Ministru tal-Politika Soċjali.

 

Il-laqgħa serviet biex AD għaddiet lill-Ministru Dalli kopja tar-reazzjoni ta’ AD għall-White Paper intitolata Il-Ħtieġa ta’ Riforma. Sostenibilita. Ġustizzja. Riforma.

 

Għal AD ir-riforma għandha titwettaq billi filwaqt li ssir ġustizzja mas-sidien tal-propjeta li refgħu fuq spallejhom il-piż ta’ emerġenza permanenti, ma jinħolqux inġustizzji ma l-inkwilini, prinċipalment ma dawk li diġa huma fir-riskju tal-faqar.

 

L-ewwel skop tar-riforma hi li ssir ġustizzja.

 

It-tieni skop huwa wieħed ambjentali u dan billi meta l-propjetajiet preżentment vojta jitqegħdu fuq is-suq ser ikun hemm inqas ħtieġa ta’ bini ta’ iktar propjeta. Inqas propjeta titwaqqa’, inqas art verġni tinbena.

 

It-tielet skop huwa wieħed ekonomiku : il-pajjiż jutilizza aħjar ir-riżorsi li għandu.

 

Fil-waqt li AD taqbel b’mod ġenerali mal-proposti stabiliti fil-White Paper hemm tlett aspetti partikolari li tħoss il-ħtieġa li tissottolinea:

 

l-ewwel : ir-riform proposta tintrabat mal-familja tradizzjonali u tinjora forom ġodda ta’ familja li qed jiżviluppaw f’Malta ukoll; fosthom il-familja komposta minn koppja mhux miżżewġa kif ukoll familja komposta minn żewġ persuni ta’ l-istess sess; dawn il-familji ukoll għandhom id-drittijiet li liġi riformata tal-kera għandha tirrikonoxxi;

it-tieni : ir-riforma tipproponi perjodu transitorju twil wisq (għoxrin sena) għall-kirjiet kummerċjali; dan il-perjodu ser iservi ta’ tentazzjoni għal min jitħajjar idawwar l–arloġġ lura;

it-tielet : hemm kirjiet li s’issa huma esklużi mill-proposti li saru; dawn jikkonċernaw il-każini tal-banda, każini sportivi, każini tal-partiti politiċi u kirjiet ta’ propjetajiet minn NGOs li jservu ta’ bażi minnfejn dawn iwettqu l-ħidma tagħħom; fil-waqt li hemm bżonn li anke dawn il-kirjiet ikunu liberalizzati, imma jrid ikun ċar li l-komunita’ permezz tal-Gvern għandha tkun lesta li toħroġ sussidju kulturali/sportivi biex tgħin lil dawn l-għaqdiet anke b’apprezzament għall-kontribut li qed jagħtu għall-binja tal-fibra kulturali, sportiva u soċjali ta’ dan il-pajjiż.

 

Għal snin twal Alternattiva Demokratika kienet l-unika leħen favur ir-riforma tal-liġijiet tal-kera. Għandna sodisfazzjoni kbir li issa n-numru ta’ dawk li qed jaqblu qiegħed jiżdied.

 

One comment on “AD u l-White Paper dwar il kera

  1. Issues bhal dawn dejjem kienu fuq il-back burner tal-gvern. Meta wara hafna tkaxkir tas-saqajn, issue bhal din tibda tigi diskussa mill-gvern tal-gurnata nsahhah fehmti dwar il-bzonn ta` partiti zghar minhabba li dawn l-issues jigu mbuttati minnhom biss.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s