Kemm ser idumu jħawdu ?

 

Gordon Brown u Nicolas Sarkozy determinati u konvinti li m’hawnx aħjar mill-enerġija nukleari. Għax taqta’ d-dipendenza fuq iż-żejt u hi carbon free.  Ma jgħidux kemm hi kbira l-ispiża għall-ħażna tal-iskart nukleari u l-anqas ma jitkellmu dwar ir-riskju kontinwu ta’ inċident li jista’ joħloq ħerba għal distanza twila kif ġara bl-inċident ta’ Chernobyl 22 sena ilu.

Magħhom żdied Silvio Berlusconi li jrid iwarrab il-konklużjoni tar-referendum fl-Italja kontra l-użu tal-enerġija nukleari tat-8 ta’ Novembru 1987.

 

impjant fi Spanja li jiġġenera l-elettriku mix-xemx

 

 

 

Malta trid tingħaqad mal-grid Ewropew biex tassigura ruħha minn provista’ ta’ enerġija. Donnu l-Gvern Malti ma jafx x’inhu jiġri, għax filwaqt li l-Gvern Malti qed ihares lejn it-tramuntana għall-enerġija, l-Unjoni Ewropea qed tħares lejn in-nofsinnhar. Lejn enerġija ġġenerata mix-xemx fid-deżert Sahara li tista’ tissodisfa l-ħtieġijiet tal-enerġija tal-Ewropa kollha !

U aħna qegħdin fin-nofs u ma niċċaqalqux.

0.3% tad-dawl tax-xemx fuq id-deżert Sahara jista’ jissuplixxi l-enerġija kollha meħtieġa mill-Ewropa !

Pajjiżi oħra investew bil-kbir fil-ġenerazzjoni ta’ enerġija mix-xemx u l-Gvern ta’ Malta kull ma jaf jagħmel hu jeqred li din tiswa ħafna flus. Qatt ma qal kemm tiswa jekk jibqa’ ma jagħmel xejn, jew jekk jibqa’ jkaxkar saqajh !

Ara ukoll artiklu fil-Guardian tat-23 ta’ Lulju 2008 intitolat Solar power from Saharan Sun could provide Europe’s electricity, says EU .

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s