Waqt iż-żjara li l-Prim Ministru Malti u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin kellhom f’Ruma kellhom working lunch ma Silvio Berlusconi, Prim Ministru Taljan, li kien akkumpanjat minn Franco Frattini Ministru tal-Affarijiet Barranin.
Kif inhu xieraq f’okkazjonijiet bħal dawn tkellmu dwar diversi affarijiet.
Tkellmu dwar l-immigranti u l-kunċett ta’ “burden sharing“. Kien ikun iktar xieraq kieku tkellmu dwar “responsibility sharing” għax l-immigranti mhux “burden” izda responsabbilta li għandu jerfa’ kulħadd.
Tkellmu dwar il-kumnikazzjoni ta’ Malta mal-grid tal-elettriku fi Sqallija u Berlusconi kien entużjażmat ħafna dwar il-materja. Anke il-predeċessur tiegħu Romano Prodi kien jaqbel. Imma s’issa qatt ma waslu.
Ħadd ma qalilna jekk tkellmux dwar l-enerġija nukleari u jekk hiex l-intenzjoni tal-Gvern Taljan li wieħed mill-impjanti nukleari li Claudio Scaljola Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku ħabbar li jridu jinbnew nhar it-22 ta’ Mejju 2008 hux ser ikun fi Sqallija. F’każ bħal dan Malta għandha l-jedd li tkun involuta fil-proċess tal-EIA li jkun meħtieg li jsir. Iżda dwar dan ħadd ma qalilna xejn.
Imma minn flok qalulna dwar iċ-ċajta ta’ Tonio Borg fuq Dom Mintoff. Kif ukoll li Tonio Borg u Lawrence Gonzi jżommu mal-Inter u mhux mal-Milan !
Gorbachev kien jitkellem fuq affarijiet frivoli meta jiltaqa ma mexxejja fil-West bhal Tatcher u Raegan. Id-differenza hi li dawn kienu gejjin minn pajjizi fejn nofs in-nies ghadhom jemmnu li mill hajt ta Berlin l’hemm il-Komunisti ghandhom qrun (litteralment). Kliem hekk kien inaqqas it-tensjoni qabel jibdew il-laqghat.
Gonzi u Tonio m’ghandhomx l-istess skuza. Xi pjacir thallas vjaggi ghal nies mit-taxxa tieghek biex jinjoraw l-issues l-importanti u joqdu jiccajtaw u jitkellmu fuq il-futbol.
Ironikament injoraw it-theddida nukleari waqt li Gorbachev uza dawn il-mezzi l-aktar biex tittaffa t-theddida tal-armi nukleari – u sa certu punt irnexxielu.