Lejn riforma radikali

 

 

Wasal iż-żmien għal riforma radikali tat-trasport pubbliku f’Malta.

 

Ngħid apposta “riforma radikali” mhux “liberalizzazzjoni”.  Għax il-liberalizzazzjoni waħedha m’hiex ser issolvi l-problema.

 

Il-problema hi li ħafna ma jħossuhomx komdi jagħmlu użu mit-trasport pubbliku. Dan għal ħafna raġunijiet, fosthom :

  1. hu imprevedibbli, jiġifieri l-ħinijiet ma jinżammux;
  2. m’huwiex aċċessibli b’mod komdu minn kullimkien : la l-frekwenza tas-servizz u l-anqas il-lokalitajiet li jinqdew m’huma sodisfaċenti;
  3. la jeżisti servizz inter-reġjonali u l-anqas wieħed intra-reġjonali : hemm bżonn ta’ iktar servizzi diretti bejn l-irħula kif ukoll iktar servizzi bejn reġjuni li mhux neċessarjament jgħaddu minn ġol-Belt Valletta;
  4. l-imġieba ġenerali ta’ dawk li jħaddmu is-servizz (hemm numru ta’ eċċezzjonijiet) kif anke qed tidher f’dawn il-ġranet m’hiex aċċettabbli;
  5. il-karozzi tal-linja – anke dawk il-ġodda li ssussidja l-Gvern – m’humiex l-aħjar possibli; hemm possibiltajiet oħrajn li jħammġu l-arja inqas jew xejn.

 

Dawn il-problemi m’hux ser isolvihom is-suq waħdu. Il-liberalizzazzjoni twassal għal servizz fejn hemm il-qliegħ, u r-rotot l-oħra li ma jiġġenerawx profit ma joħodhom ħadd ! It-trasport għandu funzjoni ta’ importanza soċjali li s-suq waħdu ma jerfax jekk m’hux imġiegħel fil-forma magħrufa bħala “public service obligation”.

 

Trasport pubbliku effiċjenti jasigura mobilita aħjar lill-kulħadd. Bi transport pubbliku effiċjenti li jwassalna kullimkien u fil-ħin inkunu nistgħu nibdew naħsbu biex noħorġu mid-dar mingħajr il-karozza privat tagħna. Dan iwassal għal arja iktar nadifa fl-interess ta’ kulħadd. B’inqas mard respiratorju bħala konsegwenza diretta !

 

Hawn iridu naslu. Mingħajr riforma mill-qiegħ m’aħniex ser naslu.

One comment on “Lejn riforma radikali

  1. Jien wiehed minn dawk li sikwiet nuza s-servizz pubbliku sabiex immur u nigi mix-xoghol.

    Filwaqt li nifhem li ghal dawn is-sewwieqa ma tkunx facli li jahdmu dawk il-hinijet twal wara r-rota, wiehed mhux dejjem ihossu komdu jitkellem maghhom minhabba l-arroganza li tirrennja f` numru mhux zghir ta` xufiera.

    Mela sabiex bniedem jidhol jahdem fis-servizz pubbliku irid ikollu kondotta nadifa, izda din ma tapplikax ghal min igorr `il pubbliku.

    Jista` wiehed jispjegali jekk hemmx xi ftehim li t-trasport pubbliku se jigi illiberalizzat wara numru ta` snin.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s